MediaToday

Il Punt - Joanna Drake | 29 ta’ Ġunju 2008 Nr 87

Vot li jwaqqaf it-Trattat. U issa?

Bħal ħafna oħrajn ninsab diżappuntata bir-riżultat tar-referendum fl-Irlanda.
Għalxejn noqogħdu ngergru. Kien vot demokratiku, il-volontà tal-poplu espressa f’libertà assoluta. Il-maġġoranza tal-votanti Irlandiżi m’għoġobhomx it-Trattat ta’ Lisbona - jew forsi it-tħassib li kellhom ma kienx indirizzat kif xieraq - u allura għażlu li jivvutaw kontrieh.
Ovvjament dan ħalla lill-UE bejn sema u ilma. Donnu kulħadd għadu qed jipprova jifhem dan kollu xi jfisser. Xi wħud qed jerġgħu jissuġġerixxu Ewropa fuq żewġ livelli - nammetti li mhix is-soluzzjoni ideali. Jien nemmen f’UE waħda li taħdem u tasal fejn trid billi nibqgħu lkoll fuq l-istess dgħajsa.
Imma l-mistoqsija hija din. Issa t-Trattat Alla m’għamlu? Fil-Kunsill Ewropew tal-ġimgħa l-oħra fi Brussell kien hemm ħafna diskors li t-trattat għadu jferfer. Angela Merkel, il-Kanċillier Ġermaniż, qalet li l-Irlandiżi għandhom jiddeċiedu xi jridu sa Ottubru. Oħrajn m’humiex daqshekk ċerti. Il-Prim Ministru Irlandiż Brian Cowen qal li żgur li mhux se jerġa’ jkun hemm referendum ieħor.
Ikun xi jkun, l-UE għandha problema kbira. Jistgħu t-18-il Stat Membru li diġà rratifikaw it-Trattat (ir-Repubblika Ċeka kienet għadha indeċiża sakemm ivvutaw l-Irlandiżi) jibqgħu għaddejjin u jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tat-Trattat? Din xiħaġa li se tkun tinvolvi l-isqra legali fil-ġimgħat li ġejjin.
U hija ħasra. Ejja ma nsemmux l-isforz u ż-żmien involuti fl-abbozzar tal-Kostituzzjoni li ħadet id-daqqa deċiżiva mill-Olandiżi u l-Franċiżi. Ejja ma nsemmux is-sentejn ta’ sforzi enormi involuti fl-abbozzar tat-Trattat ta’ Liżbona. Il-punt hu li l-UE teħtieġ li ssir aktar effiċjenti għall-benefiċċju taċ-ċittadin fit-triq. L-istituzzjonijiet tagħha għandhom bżonn aktar saħħa legali. Imma qabel niksbu dan, għad irid jimtela l-vojt li jifred lil Brussell min-nies hemm barra li jgħixu madwar l-UE. Irridu noħolqu xenarju li ma jikkrollax ma’ l-ewwel skoll, fejn iċ-ċittadini ma jibqgħux iħarsu lejn min imexxihom b’mod suspettuż.
Għal Malta, ir-riżultat kien imħallat. Se titlef id-dritt li teleġġi s-sitt membru tagħha fil-Parlament Ewropew. Iltqajt ma’ nies li r-reazzjoni tagħhom kienet: allura?
Kisbet xiħaġa wkoll. Mhux se jonqos in-numru ta’ Kummissarji ta’ l-UE. It-Trattat kien se jistabbilixxi sistema ta’ rotazzjoni. F’dak il-każ Malta kien ikollha tistenna li jkun imiss lilha jkollha Kummissarju Malti, li issa mhux il-każ…sakemm ma jitħaddimx l-arranġament preżenti stipulat fit-Trattat ta’ Nizza (li bħalissa jinsab fis-seħħ).
Lura fis-sena 2002, meta ġie adottat it-Trattat ta’ Nizza, il-mexxejja ta’ l-UE kienu qablu wkoll li jnaqqsu n-numru ta’ Kummissarji jekk l-UE tikber għal 27 Stat Membru, kif inhu l-każ illum. Iżda dan iseħħ biss jekk ikun hemm deċiżjoni unanima mill-mexxejja kollha ta’ l-UE…li bħalissa ma tidhirx wisq probabbli.Tinstema’ ikkumplikata. Insomma, wara kollox forsi hi xi ftit…
U anke hawn iltqajt ma’ nies li r-reazzjoni tagħhom kienet: ‘allura?’
Jgħid x’jgħid kulħadd, l-UE kellha u għad għandha valur miżjud għall-ħajja taċ-ċittadini tagħha - u dan fuq il-livell tal-ħajja ta’ kuljum. Aktar milli nikkonvinċu lil kulħadd li qegħdin f’dan il-proġett flimkien - u allura rridu nibqgħu flimkien tul it-triq kollha - irridu nispjegaw li biex nieħdu l-frott mis-sħubija fl-UE lkoll irridu nagħmlu pass ieħor ’il quddiem.
U lill-Ewroxettiċi ippermettuli ngħidilhom li din mhix, kif jaħsbu huma, sitwazzjoni fejn kulħadd jitqies fl-istess keffa.
Issa nistennew il-ftuħ tal-laqgħa intergovernattiva li se ssir għal tmiem Lulju. Din għandha tiddeċiedi l-kwistjoni darba għal dejjem. Imma r-regoli tat-Trattat ta’ Lisbona jibqgħu ta’ importanza kbira - għalina lkoll, mhux
għall-politiċi fi Brussell.

Joanna Drake hi Kap
tar-Rappreżentanza
tal-Kummissjoni
Ewropea f’Malta

 

Intervista

Il-mużika tal-ħajja

Franica Pulis tintervista lid-dwett Chasing Pandora



Il Punt
Vot li jwaqqaf it-Trattat. U issa?
Joanna Drake



Emmanuel Micallef
Flimkien xejn mhu possibbli


Carmelo Mifsud Bonnici

Il-valuri fundamentali tas-soċjetà



X'kien Jgħid
Qiegħ Għajn Dwieli



Wenzu Mintoff
Infern fl-art


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan