Aħbarijiet | 22 ta’ Ġunju 2008 Nr 86
Sabrina Agius
Filwaqt li l-ħaddiema tat-Tarzna huma demoralizzati bl-aħbar li l-Gvern se jipprivatizza l-kumpanija u fl-istess waqt inaqqas l-għadd ta’ impjegati, l-eks chairman tas-Sea Malta Marlene Mizzi tenniet it-tama tagħha li f’dan il-każ il-gvern ma jagħmilhiex ta’ “broker għax-xerrejja bħalma ġara fil-każ tas-Sea Malta.”
Mizzi ntalbet minn din il-gazzetta biex tagħti l-ewwel reazzjoni tagħha għat-tħabbira tal-Gvern li se jibda l-proċess ta’ privatizzazzjoni ta’ l-azjenda li tħaddem ma’ l-1,700 ruħ.
L-eks chairman tas-Sea Malta esprimiet ukoll it-tama li jekk kien hemm xi studji li saru biex it-tarznari jkunu salvati “dawn ma ġewx injorati bħalma ġara fil-każ tas-Sea Malta.”
Min-naħa l-oħra, l-ekonomista Lino Spiteri ikkritika l-Gvern għax ma ikkonsultax qabel ma ħa d-deċiżjoni.
“Mhux ċar x’qed jipproponi l-Gvern. Li hu żgur hu li missu ħa l-problema b’mod differenti. Kien ikun aħjar li kieku ikkonsulta qabel ħa d-deċiżjoni tiegħu,” qal Spiteri.
|
|
Franica Pulis tintervista lill-
Koordinatur ta’ Inizjamed Adrian Grima
Editorijal

Il Punt
Adrian Gellel

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|