MediaToday

Aħbarijiet | 15 ta’ Ġunju 2008 Nr 85

Naqsu dawk li jieklu barra

James Debono

L-għafsa fuq il-bwiet tal-familji minħabba l-għoli tal-ħajja qed twassal biex iktar nies jissagrifikaw wieħed mill-ftit kapriċċi tal-ħajja: dak li joħorġu jieklu barra mal-familji tagħhom.
Stħarriġ li sar f’Settembru tas-sena li għaddiet mill-gazzetta MaltaToday kien juri li 37.4 fil-mija qatt ma jmorru jieklu f’ristorant. Disa’ xhur wara stħarriġ tal-gazzetta Illum juri li n-numru ta’ dawk li qatt ma joħorġu jieklu barra żdied b’7 fil-mija u issa laħaq il-44.4 fil-mija.
Dan juri li l-għoli tal-ħajja li qed iħossu t-93 fil-mija tal-Maltin mhux biss qed iwassal għal għafsa fuq il-but iżda wkoll għal tnaqqis fil-kwalità tal-ħajja.

Għal ħafna familji Maltin ikla f’ristorant tfisser mument ta’ serħan wara ġimgħa xogħol.
L-iktar tnaqqis sinifikanti seħħ fost dawk li kienu joħorġu jieklu barra darba fil-ġimgħa li naqsu minn 16.8 fil-mija għal 10.6 fil-mija. Din hi indikazzjoni ċara li l-klassi tan-nofs qed issofri l-għafsa wkoll.
Jidher li din il-kategorija xorta għadha tiekol barra iżda qed tagħmel dan inqas ta’spiss.
Fil-fatt, għalkemm dawk li jieklu barra globalment naqas b’7 fil-mija, dawk li joħorġu jieklu darba fix-xahar jew darba kull ħmistax baqa’ l-istess.
Filwaqt li sebgħa fil-mija ma baqgħux jieklu barra, sitta fil-mija qed jieklu barra inqas ta’spiss minn qabel.
L-istħarriġ ukoll jikkonferma li minkejja l-għafsa fuq il-bwiet għad hawn kategorija soċjali li għadha tgħix tajjeb ħafna. In-numru ta’dawk li joħorġu jieklu barra iktar minn darba fil-ġimgħa żdied minn erba’ fil-mija għal 4.6 fil-mija.

 

Intervista
Bejn maħfra u apoloġija

Julia Farrugia tintervista lil Jason Micallef



Il Punt
Appell lill-Mexxej tal-Partit Laburista Dr. Joseph Muscat
Patri Mintoff



Emmanuel Micallef
Maltemp fis-sajf?!


Carmelo Mifsud Bonnici

Fidi, politika u persuni pubbliċi



X'kien Jgħid
Żwieġ ipprojbit



Wenzu Mintoff
Sine qua non


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan