MediaToday

Pjazzetta | 15 ta’ Ġunju 2008 Nr 85

Winter Moods bl-ikbar kunċert tagħhom dan is-sajf

Dalwaqt se tinqata’ x-xewqa ta’ dejjem ta’ Ivan Grech, il-kantant tal-Winter Moods, li nhar l-Erbgħa 9 ta’ Lulju l-grupp tiegħu se jagħti l-akbar kunċert li qatt taw s’issa fil-Valletta Waterfront.
Sena u nofs ilu din il-gazzetta staqsiet lill-kantant mill-Isla x’inhi l-ħolma ta’ dejjem tiegħu. Hu wieġeb, “Li jkollna kunċert kbir fuq skala nazzjonali li fiha aħna nkunu l-att ewlieni (il-main act). Imma dan irid isir fi żmien ippjanat tajjeb.”
Matul il-kunċert wieħed jista’ jistenna li jindaqqu l-iktar diski li għamlu suċċess bħal Marigold, Everyday Song, Come To You u Sarah fost ħafna oħrajn. Ikun hemm xi sorpriżi wkoll.
Il-kunċert qed jittella’ mill-NnG Promotions u jkun l-avveniment tas-sena tal-Vodafone Music Jam. Il-biljetti huma ta’ €10 u klijenti tal-Vodafone jieħdu biljett b’xejn ma’ kull wieħed li jinxtara.
Hemm numru limitat ta’ biljetti VIP li jinxtraw għal €20. Il-biljetti jinsabu għall-bejgħ mill-ħwienet tal-Vodafone u ta’ l-Agneda Bookshop u mill-Exotique. Jinxtraw online minn www.maltaticket. com.
L-avveniment hu megħjun minn Vodafone Malta Limited, Coca Cola, Hamilton Travel, MSC Crociere, HSBC Malta, MTA, Kia Motors, Heineken u Jack Daniels.

 

Intervista
Bejn maħfra u apoloġija

Julia Farrugia tintervista lil Jason Micallef



Il Punt
Appell lill-Mexxej tal-Partit Laburista Dr. Joseph Muscat
Patri Mintoff



Emmanuel Micallef
Maltemp fis-sajf?!


Carmelo Mifsud Bonnici

Fidi, politika u persuni pubbliċi



X'kien Jgħid
Żwieġ ipprojbit



Wenzu Mintoff
Sine qua non


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan