MediaToday

Carmelo Mifsud Bonnici | 15 ta’ Ġunju 2008 Nr 85

Fidi, politika u persuni pubbliċi

Ftit snin ilu, l-Ministru ta’ l-Intern Taljan Giuseppe Pisanu, li ġie numru ta’ drabi f’pajjiżna, kien organizza laqgħa importanti f’Ruma ffukata fuq ir-rapport li hemm bejn ir-reliġjonijiet u l-problemi marbuta ma’ l-immigrazzjoni. Sehem ir-reliġjon, ħafna drabi tiġi deklassata f’ċirki Ewropej.
Hemm wisq ħsieb li ġie dominat mis-sekularizzazzjoni tas-soċjetà li fix-xena m’hemmx toroq għar-rimedji tal-problemi ħlief dawk purament razzjonali u materjali, ebda spazju għall-ħaddiem. Fortunatament mhux kull persuna fix-xena politika għandha l-istess opinjoni żbaljata.
Fil-ħarġa tal-ġurnal “Time” tal-ġimgħa li għaddiet deher artiklu interessanti fuq dan is-suġġett bit-titlu “The Faith of Tony Blair”. Il-kitba, li hi rappurtaġġ ta’ intervista, għandha diversi partijiet li tassew jimmeritaw attenzjoni.
Kważi b’introduzzjoni hawn dawn il-kelmiet: “In two long conversations with Blair recently, I explored his conviction that religion matters – that it shapes what people believe and how they behave, that it is vital to understanding our world, that it can be used to improve the lot of “humankind”.”
Dikjarazzjoni verament kuraġġuża minn persuna li ħadem fit-tul fil-politika fix-xenarju nazzjonali, Ewropej u internazzjonali. Bniedem li kien involut fuq il-livelli normali tal-politika li issa qed ikollu l-opportunità li jirrifletti fuq dak li kien.
Il-kitba tikxef iktar fid-dettall dak li Blair ħaddem dejjem fil-konvinzjonijiet tiegħu. Is-sens li r-reliġjon, għalih dik nisranija, li kienet il-kalamita li laqqgħatu ma’ martu u li issa wasslitu għall-konverżjoni għar-reliġjon Kattolika ffurmatlu dawn il-ħsibijiet.
Jiddikjara f’din il-kitba li tul iż-żmien li kien hemm fil-poter ħa ħsieb li josserva l-ħsieb li “Faith is part of our future, and faith and the values with it are an essential part of making globalization work.” Huwa joħroġ kontinwament bħala dak il-bniedem li hu konvint li l-fidi tagħti saħħa, forza, paċi u tnissel l-importanza tal-ġustizzja fis-soċjetà. Bnedmin fil-politika li għandhom l-għeruq tagħhom f’reliġjon jagħtu ferm iktar minn oħrajn li ma għandhomx.
Din tista’ tidher bħala vuċi stramba fid-dinja li qed ngħixu fiha, imma fil-verità qegħda terġa’ tafferma fatt li ġie ppruvat mill-istorja. Proprju għalhekk li d-diversità f’din il-linja tista’ tintuża, u anzi għandha, biex iġġib f’daqqa persuni ta’ rieda tajba biex jaħdmu flimkien. Jidħlu għal proċess ta’ djalogu li permezz tiegħu jfittxu minn xulxin, mill-għerf li jħaddnu, biex iwettqu l-ġid fid-dinja.
Ir-reliġjon ma għandhiex tkun skuża ta’ ġlied jew intolleranza, imma l-kontra u dan għax il-bażi ta’ kull ċiviltà soda fil-perjodi varji ta’ l-istorja turi li jekk kien hemm sitwazzjoni ta’ tolleranza pożittiva, kien hemm garanzija awtomatika ta’ stabilità. Punt li qegħdin ninsew f’din id-dinja.
Il-vantaġġ ta’ djalogu inter-konfessjonali fih il-vantaġġ li jiżviluppa klima ta’ tolleranza pro-attiva; waħda fertili u mhux sterili. L-interazzjoni twassal fir-realtà għal kunfidenza ikbar, inqas suspetti bla sens u anzi ftuħ għall-kollaborazzjoni. L-idea li xi ħadd għandu xi vantaġġ fiċ-ċiviltà, jew aħjar, fil-kunċett tiegħu ta’ x’għandha tkun iċ-ċiviltà hi għalhekk żbaljata.
Il-fidi għalhekk hi strument ċar u naturali li ġġib stabbiltà, paċi u ġid soċjali u ekonomiku dejjem jekk tiġi, l-ewwel, rikonoxxuta fil-valur li għandha, u t-tieni, li tiġi mħaddma u konsiderata fid-dawl li hi.
Imma dan jista’ jsir għax il-persuni li jħaddnu fidi, ideat u konvinzjoni ma jkunux biss fl-isem iżda fil-moħħ u l-qalb. Bnedmin preparati tant li f’azzjonithom toħroġ il-ħin kollu li hemm skop u direzzjoni. Persuni li huma konvinti, jittrasformaw ruħhom fi strumenti ta’ bidla, ta’ riforma.
Waħda li hi kostanti u taf fejn trid tasal. L-intervista Blair, lejn l-aħħar tagħha tagħlaq b’dawn il-kliem: “The worst thing in politics is when you’re so scared of losing support that you don’t do what you think is the right thing. What faith can do is not tell you what is right but give you the strength to do it.” Lezzjoni għal kulmin qiegħed fil-politika.

Intervista
Bejn maħfra u apoloġija

Julia Farrugia tintervista lil Jason Micallef



Il Punt
Appell lill-Mexxej tal-Partit Laburista Dr. Joseph Muscat
Patri Mintoff



Emmanuel Micallef
Maltemp fis-sajf?!


Carmelo Mifsud Bonnici

Fidi, politika u persuni pubbliċi



X'kien Jgħid
Żwieġ ipprojbit



Wenzu Mintoff
Sine qua non


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan