MediaToday

Il Punt - Patri Mintoff | 15 ta’ Ġunju 2008 Nr 85

Appell lill-Mexxej tal-Partit Laburista Dr. Joseph Muscat

Il-Kostituzzjoni ta’ Malta turi lil pajjiżna bħala “stat newtrali li jrid attivament jilħaq il-paċi, is-sigurtà u l-progress soċjali fost in-nazzjonijiet kollha billi jħaddan politika ta’ non-allineament u jirrofta li jipparteċipa f’kull alleanza militari.” (1.3).

Għaldaqstant qed inħeġġuk, bħala l-mexxej ġdid tal-Partit Laburista, biex tara li:
1. Malta tibqa’ timxi fuq politika ta’ non-allineament, ikun hemm kemm ikun hemm alleanzi militari. Ladarba Malta rnexxielha żżomm mal-prinċipju tan-non-allineament fiż-żmien li kien hemm żewġ superpotenzi (li t-tnejn li huma kienu jsostnu li twaqqfu biex ma jħallux lill-potenza l-oħra tifrex is-setgħa tagħha) dan jgħodd iktar u iktar għaż-żminijiet ta’ llum meta m’għadx hemm din l-oppożizzjoni reċiproka.
2. Tinżamm u titħares dik il-klawsola li tgħid li:
“l-ebda faċilitajiet militari f’Malta ma jitħallew jiġu wżati minn xi forzi barranin ħlief fuq talba tal-Gvern ta’ Malta” (1.3.b)
3. Tara li kull stat barrani josserva l-klawsola li tgħid:
“l-ebda personal militari barrani ma jitħalla fuq territorju Malti, ħlief dak il-persunal militari li jkun qed jagħmel, jew jgħin biex jitwettqu, xogħlijiet jew attivitajiet ċivili, u ħlief għadd reġonevoli ta’ persunal tekniku militari li jgħin fid-difiża tar-Repubblika ta’ Malta” (1.3.d)
Dan jagħmel iżjed u iżjed sens meta qed naraw vapuri militari jżuru pajjiżna iktar ta’ sikwit.
4. Bl-ebda mod ma tagħti s-sehem tiegħek biex il-klawsoli li qed jissemmew hawn fuq jintmessu bl-iskuża li rridu naġġornaw il-kostituzzjoni.
5. Tmexxi lil Malta biex tisħaq fuq il-paċi dinjija, koperazzjoni multilaterali, u żvilupp internazzjonali, u mhux permezz ta’ proġetti organizzati minn alleanzi jew għaqdiet militari.
Nistennew li l-Partit Laburista Malti juża l-fora kollha lokali u internazzjonali biex ixejjen it-theddid terroristiku u l-hekk imsejjaħ konflitt kulturali permezz ta’ djalogu, skambji kulturali, u żvilupp soċjo-ekonomiku fil-pajjiżi tat-Tielet Dinja, u mhux permezz ta’ proġetti organizzati minn għaqdiet militari. Jista’ jiġri li proġetti organizzati minn għaqdiet militari jaħbu kull xorta ta’ għanijiet bl-iskuża li qed jaħdmu għall-paċi.
Għaldaqstant il-Partit Laburista għandu jikkommetti ruħu li ma jappoġġax il-programm Partnership For Peace u joħroġ lil Malta minn dan il-programm meta jkun elett fil-gvern.
6. Juża l-influenza tiegħu biex jara li l-Unjoni Ewropea ma tinbidilx f’qawwa militari jew nukleari iżda taħdem biex jinkisbu l-paċi, l-iżvilupp, u l-ġustizzja soċjali f’kull pajjiż. Bħala membru ta’ l-Unjoni Ewropea, tal-Kunsill ta’ l-Ewropa, u f’kull forum internazzjonali, Malta għandha tħeġġeġ u tmexxi ’l quddiem inizjattivi mmirati biex iwaqqfu l-bejgħ ta’ l-armi lill-pajjiżi tat-Tielet Dinja u lill-gvernijiet mhux demokratiċi waqt li jisħqu fuq kummerċ ġust bejn pajjiżi sinjuri u dawk fqar.

Patri Mintoff hu direttur u fundatur tal-Laboratorju tal-Paċi

 

Intervista
Bejn maħfra u apoloġija

Julia Farrugia tintervista lil Jason Micallef



Il Punt
Appell lill-Mexxej tal-Partit Laburista Dr. Joseph Muscat
Patri Mintoff



Emmanuel Micallef
Maltemp fis-sajf?!


Carmelo Mifsud Bonnici

Fidi, politika u persuni pubbliċi



X'kien Jgħid
Żwieġ ipprojbit



Wenzu Mintoff
Sine qua non


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan