Pjazzetta | 25 ta’ Mejju 2008 Nr 82
Il-grupp teatrali Dù se jerġa’ jtella’ Lacuna għal darb’oħra, din id-darba f’Warehouse no.8 fil-Marsa bħala parti proġett ta’ fondi għall-NGO, il-Maħżen.
Ix-xogħol teatrali, miktub minn Simone Spiteri, oriġinarjament hu msejjes fuq numru ta’ stejjer miġbura fil-ktieb Sepja ta’ Trevor Żahra. Hu immirat għall-adulti u miktub b’pinna imqarba, nebbiexa u osservanti. Dù għaqqad dawn it-temi li ħoloq Żahra flimkien ma’ l-enerġija, il-femminiltà u l-umoriżmu grottesk li kapaċi joħolqu dawn l-atturi nisa.
L-istorja hi dwar erba’ nisa li jinsabu f’post vojt. Dawn ma jafux lil xulxin, fejn qegħdin, x’għandhom jagħmlu u min huma. L-unika ħaġa li jafu hi li kollha jafu jkantaw is-Santa Luċija. Eventwalment jiskopru mod kif jistgħu jiftakru.
Fl-Eġittu, wara li tellgħuha darbtejn quddiem udjenza internazzjonali, ġurnalist Egizzjan kiteb fil-gazzetta Eġizzjan-Franċiża Le Progres Egyptien, “L-atturi ta’ Dù jispikkaw minn xulxin minħabba l-karatteristiċi varji tagħhom u l-viżjoni differenti ta’ kull waħda minnhom. Dawn id-differenzi bejniethom huma waħda mir-raġunijiet għala l-grupp hu daqshekk rikk. Iżda minkejja l-karatteristiċi differenti, il-grupp għandu armonija kbira u jixbah orkestra li ddoqq l-istess xogħol.”
L-atturi huma Magda van Kuilenburg; Franica Pulis, li hi ġurnalista ma’ din il-gazzetta; Kristjana Casha, li kienet tieħu sehem f’Gizelle u Simone Spiteri, li kienet tieħu sehem f’Għada Jisbaħ Ukoll.
Bħal kważi f’kull xogħol mid-Dù Lacuna hi akkumpanjata minn mużiċisti li jdoqqu live. Dawn huma l-pjanist Tim Ellis, il-vjolinist Chris Cini u l-perkussjonist Michael Galea.
L-NGO il-Maħżen qed joffru l-Warehouse għall-artisti biex ikunu jistgħu jtellgħu produzzjonijiet artistiċi.
Ftit tal-ġimgħat ilu kien hemm it-tnedija tas-CD l-ġdid tal-grupp White Russian ta’ Sandro Zerafa, grupp li ġej minn Pariġi, li jdoqq mużika stil Jazz. Lacuna se tkun it-tieni produzzjoni mtellgħa f’dan il-post, iżda ċertament mhux l-aħħar peress li diġà hemm pjanijiet oħra biex iseħħu aktar avvenimenti f’Ġunju li ġej.
Lacuna tittella’ nhar is-Sibt 31 ta’ Mejju u nhar il-Ħadd l-1 ta’ Ġunju fit-8pm f’Warehouse No. 8 fil-Marsa, li jinstab qrib il-bank tal-BOV fil-Marsa stess. Għad-direzzjonijiet żur www.ilmahzen.com.
Il-biljetti għall-bejgħ mill-bieb jew ċempel fuq 79404134, 79057676 jew ibgħat fuq info@ilmahzen.com. |
|
Julia Farrugia tintervista lil Marie-Louise Coleiro-Preca
Editorijal

Il Punt
Emmy Bezzina

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|