MediaToday

Camelo Mifsud Bonnici | 25 ta’ Mejju 2008 Nr 82

Il-bidla parlamentari bdiet tinħass?

1. Diġà għaddew ġimagħtejn ta’ seduti Parlamentari b’vot bil-mod tradizzjonali tiegħu nhar l-Erbgħa filgħaxija. Id-diskorsi, speċjalment ta’ dawk li ilhom jirrappreżentaw lill-poplu għal numru ta’ snin, hemm bżonn li jiġu miflija iktar. Għax jidher ċar li hemm sitwazzjoni fejn fiha nistgħu nibnu aħjar. Intellgħu fuq l-esperjenzi passati biex nagħtu direzzjoni u immaġini kompletament ġodda ta’ dak li huma l-membri u dak li huwa l-Parlament. Għandna lkoll naċċettaw li hemm xi differenzi bejn dak li aħna u dak li għandna nkunu.

2. Bi Speaker ġdid jokkupa s-siġġu jidher ukoll li qiegħed diġà jagħti t-timbru u d-direzzjoni partikolari tiegħu fiż-żmien li l-futur biss jista’ jindikalna fuq it-terminu. Jidher ċar, dejjem jekk qed ninterpreta tajjeb, li l-Ordnijiet Permanenti ser jiġu ċitati iktar spiss u ċerta prattika li kienet daħlet terġa’ toħroġ. Rajna deċiżjoni motivata, ċara u diretta, għar-rigward id-domandi supplimentari. Avviso ai naviganti li dan ser insibuh fil-kontinwazzjoni ta’ ħidmietna, inklużi d-diskorsi li żgur li ser ikunu aktar għall-punt u mhux fil-libertà. Toroq kemmxejn differenti li rridu nadattaw irwieħna għalihom.

3. Ovvjament, kull Speaker jagħġen il-pożizzjoni skond il-linja u ċ-ċirkostanzi partikolari li jgħarbel u janalizza hu. Altru Gvern b’maġġoranza mod, u altru b’ieħor. Però mhux din il-figura kostituzzjonali biss iċċaqlaq l-ilmijiet naħa jew oħra, imma anki l-Membri Parlamentari nfushom. Il-fatt li nbidlu numru ta’ deputati fuq iż-żewġ naħat tal-Kamra, kif ukoll li żidna effettivament b’erbgħa n-numru tagħhom. Hemm demm ġdid li jrid isemma’ leħnu u jipparteċipa b’mod mill-iktar attiv. Min bħali ma daħalx il-bieraħ beda hu wkoll jisma’ u jadatta għal dak li ġej għalina.

4. Hemm arja ġdida li qegħda tonfoħ f’dak il-post li, fortunatament, takkumpanja l-bidla li saret
bl-ambjent sħiħ li almenu tneħħa minnu t-trab li kien ilu jakkumula fil-bankijiet u spiss kien ikun kaġun. Din il-pożizzjoni hemm bżonn li tiġi sostnuta b’viżjoni iktar miftuħa għal dak li għandu jseħħ fil-Parlament. Ma għandux ikun iktar li nillimitaw irwieħna għal diskussjoni marbuta mal-liġijiet, imma għandna nkunu miftuħa għal iktar.

5. Hemm punti varji li jitolbu diskussjoni għax il-poplu għandu bżonn jarana u jismagħna fuq suġġetti li jqajmu interess u li fuqhom nistgħu nibnu. Nibnu f’żewġ direzzjonijiet wara d-dibattitu billi, l-ewwel, nibagħtu aktar kwistjonijiet partikolari lill-Kumitati tal-Kamra bħal dak Soċjali u hemm jiġu msejħa iktar esperti u persuni li ġabru esperjenza. It-tieni, li nibnu qafas ta’ liġi li jsib ruħu diskuss u approvat. Proċess ferm iktar dettaljat u kalm ta’ kif naslu biex infasslu normi li dan il-poplu, li qiegħed il-ħin kollu jikber, qiegħed jesiġi u jippretendi mingħandna.

6. Fl-aħħar tal-ġurnata l-pajjiż jinteressaħ li jara inqas konflitti bla sens fil-Parlament. Anzi, jippretendi dejjem iktar li dak li qiegħed joħroġ mill-Kaxxa ta’ Malta hu mixħut f’toroq tajba. Għalhekk hemm lok f’din il-leġislatura li nirreġistraw verament bidliet ġodda. Invarjaw il-metodi, il-mekkaniżmi, sija ta’ l-Aġenda u tal-prattika Parlamentari. Jekk jirnexxielna żgur li nkunu għamilna servizz kbir. Wieħed li jaqta’ definittivament mill-passat riċenti u, l-ewwel, iħajjar aktar persuni ta’ talent li jidħlu għal dan
il-piż u t-tieni, li jagħti għarfien akbar ta’ l-importanza ta’ l-istituzzjoni.

 

Intervista
Fiex temmen il-Mexxej Laburista ġdid?

Julia Farrugia tintervista lil Marie-Louise Coleiro-Preca



Il Punt
Il-Gvern u ż-żwiġijiet mitmuma
Emmy Bezzina


Toni U Peppi


Tajjeb li partit ikollu attivitajiet kummerċjali tiegħu?



Emmanuel Micallef
L-inkwiet tal-Laburisti


Carmelo Mifsud Bonnici

Il-bidla parlamentari bdiet tinħass?



X'kien Jgħid
Bejn saga tas-suċċessjoni u oħra



Wenzu Mintoff
Quid pro quo


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan