MediaToday

Aħbarijiet | 18 ta’ Mejju 2008 Nr 81

Muscat jgħid li Sant ma ridux joħroġ fl-2004

Julia Farrugia
Joseph Muscat, wieħed mill-kontestanti għall-kariga ta’ Mexxej Laburista, jikkonferma għall-ewwel darba li l-eks Mexxej Laburista Alfred Sant ma kienx ħallieh joħroġ għall-elezzjonijiet għall-Membri Parlamamentari Ewropej.
Muscat jiżvela ma’ Illum li Alfred Sant kien saħansitra qallu li jekk joħroġ għal dik l-elezzjoni ma kienx se jiġi elett.
“Kien qalli ‘m’għandekx ċans’. Tani l-fehma tiegħu, jien tajtu tiegħi,” sostna Muscat ma’ din il-gazzetta.
F’Ġunju 2004, Joseph Muscat mhux talli sfida lil Alfred Sant u ħareġ għall-elezzjoni imma talli ngħata raġun fid-deċiżjoni tiegħu hekk kif kiseb l-akbar ammont ta’ voti minn fost il-kandidati Laburisti li ħarġu għal dik l-elezzjoni.
Joseph Muscat jgħid li jekk kemm-il darba jilħaq mexxej Laburista, Alfred Sant mhu se jkollu l-ebda rwol fl-MLP. Għal darb’oħra jargumenta li se jkun qed jagħmel terremot fl-istrutturi tal-Partit Laburista.
“Il-Partit Laburista għandu bżonn mhux biss ċaqliq intern, iżda terremot intern. U jien bħala mexxej kemm-il darba niġi elett ħa nara li dawn il-bidliet kbar iseħħu, iseħħu mhux biss fl-ismijiet, fl-uċuh imma l-aktar ħaġa importanti fil-mod ta’ kif naħdmu u ta’ kif nagħmlu l-affarijiet. Fil-verità naħseb li l-Partit Laburista m’għandu l-ebda alternattiva.”
Joseph Mucat isostni li jaqbel li r-rapport li analizza t-telfa tal-Partit Laburista għandu jkun ippubblikat qabel il-5 ta’ Ġunju meta dakinhar se ssir l-elezzjoni għall-ħatra ta’ Mexxej Laburista.

Intervista
Fiex jemmen il-Mexxej Laburista ġdid?

Julia Farrugia tintervista lil Joseph Muscat



Il Punt
Mexxej Laburista jew Prim Ministru?
Saviour Cachia


Toni U Peppi


L-MLP: iktar Xellug jew iktar Ċentru



Emmanuel Micallef
Id-Delegat versus d-Delegat


Carmelo Mifsud Bonnici

Moħħ mill-iktar ċar



X'kien Jgħid
Iljieli mqallbin



Wenzu Mintoff

Nannti Marì


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan