MediaToday

Ittri | 18 ta’ Mejju 2008 Nr 81

Il-ġlieda kontra l-kanċer għandha tingħata priorità

Minn Victor Degiovanni,
Segretarju Żminijietna - Leħen ix-Xellug,
Valletta


Ir-rata ta’ kanċer qiegħda kulma jmur dejjem tiżdied. Żminijietna temmen li l-Gvern Malti għandu jagħti priorità ikbar
lill-ġlieda konta l-kanċer b’deċiżjonijiet politiċi, kemm fuq livelli Nazzjonali u anke dak Ewropew.
Fl-Unjoni Ewropea iktar minn żewġ miljun persuna jsofru minn xi forma ta’ kanċer, u kważi miljun imutu, speċjalment minħabba kanċer fil-pulmun, fil-kolon u fis-sider. Madankollu madwar terz tal-każijiet ta’ kanċer jistgħu jingħelbu permezz ta’ prevenzjoni u madwar 30 fil-mija oħra jistgħu jiġu ikkurati b’suċċess.
Għalkemm is-sistema tas-saħħa Maltija hi waħda universali u aċċessibbli għal kulħadd f’oqsma varji dan ma jistax jingħad għal oqsma oħrajn. L-iscreening kontra l-kanċer tas-sider u t-tilqim kontra l-kanċer ċervikali huma eżempji ta’ dan. Id-dħul baxx u l-faqar huma fatturi importanti fost oħrajn li jwasslu għal nuqqas ta’ saħħa. Dan hu veru wkoll fil-każ ta’ mwiet kawża tal-kanċer.
Ħafna nies ma jaffordjawx iħallsu l-flejjes kbar li jitlob is-settur privat. Għalhekk qegħdin nappellaw
għall-introduzzjoni ta’ skemi universali u pubbliċi bħat-tilqima bla ħlas kontra l-kanċer ċervikali u screening b’xejn kontra l-kanċer tas-sider.
Żminijietna – Leħen
ix-Xellug tappella lill-Gvern u l-MEPs ta’ Malta biex jitkellmu favur koordinazzjoni ikbar fl-UE kontra l-kanċer, pereżempju permezz ta’ fondi strutturali u anke s-seba’ programm ta’ riċerka.
Żminijietna qiegħda tappoġġa l-blokk Xellugi fil-Parlament Ewropew fit-talba għal task force dwar il-kanċer li jġib flimkien il-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew u biex ikun hemm iktar fondi għall-individwazzjoni u l-prevenzjoni tal-kanċer.

Intervista
Fiex jemmen il-Mexxej Laburista ġdid?

Julia Farrugia tintervista lil Joseph Muscat



Il Punt
Mexxej Laburista jew Prim Ministru?
Saviour Cachia


Toni U Peppi


L-MLP: iktar Xellug jew iktar Ċentru



Emmanuel Micallef
Id-Delegat versus d-Delegat


Carmelo Mifsud Bonnici

Moħħ mill-iktar ċar



X'kien Jgħid
Iljieli mqallbin



Wenzu Mintoff

Nannti Marì


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan