MediaToday

Aħbarijiet | 11 ta’ Mejju 2008 Nr 80

Il-parti l-kbira tal-Maltin qed jiddivorzjaw fir-Renju Unit

Il-Maltin ġabu d-divorzju minn 19-il pajjiż differenti

Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt

Illum tista’ tiżvela li l-maġġoranza tal-Maltin li kisbu divorzju rnexxielhom jagħmlu dan fir-Renju Unit. Fis-seba’ snin ta’ bejn l-2001 u s-sena li għaddiet, kien hemm 267 divorzju li nġieb minn 19-il pajjiż differenti. Minn dawn, 141, inġiebu mir-Renju Unit.
Ħarsa lejn l-istatika turi li f’95 fil-mija tal-koppji, parti waħda biss hi Maltija u b’hekk is-sieħeb jew sieħba tkun barranija. Dan ifisser li bejn l-2001 u l-2007 kien hemm
13-il koppja li ż-żewġ partijiet huma t-tnejn Maltin, li rnexxielhom iġibu divorzju. Din hi medja ta’ żewġ koppji Maltin fis-sena.
Kif żvelat din il-gazzetta erba’ ġimgħat ilu jirriżulta li kull sena qed ikun hemm medja ta’ tliet Maltin li jġibu divorzju minn pajjiż barrani. Sa llum Malta u l-Filippini huma l-uniċi żewġ pajjiżi fid-dinja li ma joffrux id-divorzju bħala dritt ċivili.
Ċifri li għandha f’idejha din il-gazzetta juru li bejn l-2001 u l-2007 kien hemm 267 koppja li iddivorzjat, b’aktar minn nofs il-każijiet, 52 fil-mija tad-divorzji inkisbu mir-Renju Unit. Dawn il-każijiet kollha ġew annotati fir-Reġistru Pubbliku Malti.
It-tieni l-akbar ammont ta’ divorzji, 30 b’kollox, inġiebu mill-Awstralja. Wara hemm l-Istati Uniti fejn jirriżulta li kien hemm 19-il koppja li kisbet divorzju minn dan il-pajjiż.
Kien hemm 14-il koppja li iddivorzjat fil-Ġermanja, 12-il koppja nħallu miż-żwieġ fir-Russja, 11-il koppja oħra iddivorzjat il-Kanada, 10 koppji iddivorzjaw l-Olanda u 10 oħra l-Italja.
Bejn l-2001 u l-2007 kien hemm ukoll erba’ koppji li kisbu divorzju mid-Danimarka, tlieta mill-Isvizzera, tlieta mis-Sirja u tlieta koppji oħra minn Spanja.
Kien hemm imbagħad 7 koppji oħra li kisbu divorzju minn Dubai, mit-Turkija, minn Ċipru, mir-Repubblika Ċeka, mir-Rumanija, mill-Finlandja u mil-Latvja.

 

Intervista
Fiex jemmen il-Mexxej Laburista ġdid?

Kurt Sansone jintervista lil George Abela


Editorijal
Wara l-votazzjoni


Il Punt
Sfreġju Ħ’Attard
Ralph Cassar


Toni U Peppi


Il-ħatriet fil-bordijiet u awtoritajiet. Il-grazzi għal min għandu għajnejh blu?



Emmanuel Micallef
Il-kunsens ta’ ftehim nazzjonali


Carmelo Mifsud Bonnici

Il-bibien m’għandhomx jingħalqu



X'kien Jgħid
Il-konfużjoni Laburista tikkonfondi lil Lorenzo



Wenzu Mintoff

Sitwazzjoni skomda
Minn ewl id-dinja li partit li jkun tilef l-elezzjoni jgħaddi minn mumenti diffiċli sakemm isib saqajh u jerġa’ lura għar-rutina politika.


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan