MediaToday

Aħbarijiet | 11 ta’ Mejju 2008 Nr 80

Austin Gatt b’sejba ta’ tpinġija antika

Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt

Il-Ministru Austin Gatt irnexxielu jagħmel skoperta differenti grazzi għal ħsieb tiegħu li jkollu uffiċċju akbar fil-Parlament. Illum tista’ tikkonferma li l-Ministru Gatt beda missjoni biex iniffed l-uffiċċju tiegħu ma’ dak li qabel kien l-uffiċċju ta’ Helen D’Amato.
F’din il-ħidma kellhom jitneħħew panelli ta’ l-injam u unit qadim li mas-snin tpoġġew hemm biex jaqsmu s-sala f’żewġ uffiċċji biex b’hekk issa l-kamra ġiet fl-istat oriġinali tagħha.
Fost ix-xogħlijiet li saru jirriżulta li tneħħew erba’ soqfa foloz li kienu jgħattu s-saqaf oriġinali li jistrieħ fuq il-ħnejjiet. Dawn is-soqfa, tnejn ta’ l-injam u tnejn tal-Jablo, kienu jgħattu metri twal ta’ cables u mains switches li ma kinux jintużaw. Kien f’dan l-istadju li kif inkixef is-saqaf oriġinali nkixfu wkoll dekorazzjonijiet antiki mpittra bl-idejn.
Kelliem għall-Ministru Austin Gatt ikkonferma li x-xogħol ta’ restawr f’dan il-proġett ġie jiswa anqas minn €19,000 (Lm8,156.70). Ir-restawr kollu qed isir taħt is-superviżjoni tat-Taqsima tar-Restawr. Uffiċjal tal-Mepa segwa dan ix-xogħol mill-qrib u f’diversi stadji saru konsultazzjonijiet mas-Sovratendent tal-Patrimonju Kulturali.
L-istess kelliem sostna ma’ din il-gazzetta li “minħabba li ma kinux qed isiru alterazzjonijiet strutturali ma kienx hemm bżonn ta’ permessi tal-bini biex sar dan ix-xogħol.”

 

Intervista
Fiex jemmen il-Mexxej Laburista ġdid?

Kurt Sansone jintervista lil George Abela


Editorijal
Wara l-votazzjoni


Il Punt
Sfreġju Ħ’Attard
Ralph Cassar


Toni U Peppi


Il-ħatriet fil-bordijiet u awtoritajiet. Il-grazzi għal min għandu għajnejh blu?



Emmanuel Micallef
Il-kunsens ta’ ftehim nazzjonali


Carmelo Mifsud Bonnici

Il-bibien m’għandhomx jingħalqu



X'kien Jgħid
Il-konfużjoni Laburista tikkonfondi lil Lorenzo



Wenzu Mintoff

Sitwazzjoni skomda
Minn ewl id-dinja li partit li jkun tilef l-elezzjoni jgħaddi minn mumenti diffiċli sakemm isib saqajh u jerġa’ lura għar-rutina politika.


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan