Aħbarijiet | 11 ta’ Mejju 2008 Nr 80
Kurt Sansone
Minn Svizzera fil-Mediterran għal sħubija fl-Unjoni Ewropea. Din kienet il-bidla politika li għamel George Abela bejn l-1998 u l-2003, tant li anki Eddie Fenech Adami, dakinhar Prim Ministru, kien irringrazzjah għas-sehem tiegħu waqt in-negozjati ma’ l-UE.
Illum, għall-ewwel darba, Abela jammetti fil-pubbliku li fir-referendum ivvota ‘iva’ għal sħubija iżda fl-elezzjoni ġenerali li ġiet biss xahar wara ivvota fuq bażi ta’ partit.
“Il-partit tiegħi dejjem kien il-Partit Laburista,” isostni Abela f’intervista ma’ Illum.
Abela jitkellem ukoll dwar ix-xogħol mal-Mepa li tagħmel
il-kumpanija ta’ l-avukati li jifforma parti minnha u l-possibbiltà ta’ kunflitt jekk jilħaq Kap tal-Partit.
Mistoqsi jekk bħala mexxej ġdid tal-MLP hux se jħossu komdu jikkritika r-riforma li jrid jagħmel il-Gvern fil-Mepa, Abela wieġeb li sa llum m’għandu l-ebda kariga fil-Partit Laburista u allura m’għandux kunflitt.
“Imma jekk insir mexxej imbagħad ikolli kunflitt u allura jien żgur ma nistax nibqa’ wieħed mill-avukati ta’ kumpanija li taħdem mal-Mepa,” isostni Abela.
Ara l-intervista |
|
Kurt Sansone jintervista lil George Abela
Editorijal

Il Punt
Ralph Cassar

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|