MediaToday

Aħbarijiet | 11 ta’ Mejju 2008 Nr 80

Bierku s-swali biex igerrxu lil Satana

Twelid iġib ‘pandemonju’ fil-Mater Dei

Julia Farrugia

Twelid ta’ tarbija fil-Mater Dei nissel terrur fost numru ta’ ħaddiema li kienu xogħol f’dan l-isptar. Dan għaliex beda jingħad li t-twelid kellu konnessjonijiet Sataniċi. F’dan il-każ kellu saħansitra jintervjeni saċerdot li bierek il-postijiet kollha li fih kienet l-omm qabel, waqt u wara li welldet lit-tarbija.
Informazzjoni li għandha din il-gazzetta tikkonferma li l-ġimgħa l-oħra omm li kienet qed tistenna tarbija ddaħħlet il-Mater Dei. Matul l-istennija tagħha l-mara kemm-il darba nstemgħet titkellem fuq is-Sataniżmu. Meta f’ħin minnhom wasal ħin it-tqarbin il-mara bdiet tgħajjat mas-saċerdot u ordnatlu biex ma jidħolx fis-sala għaliex hi kienet “pagana”.
Nies li raw lil din il-mara sostnew li minbarra l-imġiba tagħha kien hemm affarijiet oħra li qanqlulhom tħassib fosthom tpinġija li kellha l-mara fuq ġisimha. Din it-tpinġija turi stilla bil-ħames ponot li normalment hi marbuta mas-Sataniżmu.
F’ġurnata oħra l-mara jidher li biddlet fehemtha u talbet li titqarben. Madankollu t-talba tagħha ma ntlaqgħetx.
Dawn il-fatturi wasslu biex wieħed mill-patrijiet ta’ l-isptar ta salib lill-ħaddiema li kienu qed jassistu lill-omm waqt it-twelid.
Kompla qanqal aktar tħassib il-fatt li l-koppja iddeċidiet li ssemmi lit-tifel ‘Lucian’ li jfisser ‘dawl’. L-isem ‘Luċifru’, li normalment jintuża wkoll għal Satana, għandu wkoll tifsira ta’ ‘persuna li ġġib id-dawl’. Hu wkoll referenza għall-alla pagan li jġib l-għarfien u d-dawl.
Sorsi fl-Isptar Materdei ikkonfermaw ma’ Illum li ftit wara li l-omm telqet mill-isptar patri mar ibierek it-teatru fejn welldet il-mara kif ukoll is-swali ta’ fejn kienet qed tinżamm qabel u wara t-twelid.

 

Intervista
Fiex jemmen il-Mexxej Laburista ġdid?

Kurt Sansone jintervista lil George Abela


Editorijal
Wara l-votazzjoni


Il Punt
Sfreġju Ħ’Attard
Ralph Cassar


Toni U Peppi


Il-ħatriet fil-bordijiet u awtoritajiet. Il-grazzi għal min għandu għajnejh blu?



Emmanuel Micallef
Il-kunsens ta’ ftehim nazzjonali


Carmelo Mifsud Bonnici

Il-bibien m’għandhomx jingħalqu



X'kien Jgħid
Il-konfużjoni Laburista tikkonfondi lil Lorenzo



Wenzu Mintoff

Sitwazzjoni skomda
Minn ewl id-dinja li partit li jkun tilef l-elezzjoni jgħaddi minn mumenti diffiċli sakemm isib saqajh u jerġa’ lura għar-rutina politika.


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan