Pjazzetta | 11 ta’ Mejju 2008 Nr 80
Ilbieraħ madwar 1,000 ħanut fl-Ewropa u mijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-Kummerċ Ġust mad-dinja kollha ċċelebraw il-Jum Dinji tal-Kummerċ Ġust b’attivitajiet li iffukaw fuq ir-rabta bejn il-kummerċ ġust u l-ambjent.
F’Malta voluntiera tal-Koperattiva Kummerċ Ġust (KKĠ), li jmexxu l-ħanut L-Arka, organizzaw attività żgħira fejn stiednu lill-pubbliku biex iduq ftit kafè ġust b’xejn u fl-istess ħin jitħaddet ma’ l-attivisti dwar din it-tema. Voluntiera oħra qassmu karta bl-informazzjoni fit-toroq tal-Belt u tkellmu man-nies.
Fit-22 ta’ Ġunju, il-koperattiva Maltija li twaqqfet fl-1996 se terġa’ ttella’ l-Worldfest fil-Barrakka ta’ Fuq bejn l-4pm u l-10pm. Waqt dan il-festival, li għalih id-dħul hu b’xejn, ħa jsir forum għall-pubbliku fil-5.30pm dwar It-Tibdil fil-Klima u l-Ġustizzja Globali bis-sehem ta’ Vince Caruana mill-Università u l-espert Belġjan Eric Van Monckhoven. Fit-8pm se jsir kunċert li fih jieħdu sehem Renzo Spiteri, il-grupp ta’ mużika funk Zizza Ensemble, u l-kittieba Adrian Grima u Immanuel Mifsud.
Filwaqt li tappoġġa lill-prodotti ġenwini, speċjalment dawk organiċi, imkabbrin u maħdumin f’Malta, KKĠ tħeġġeġ lill-Maltin jagħżlu prodotti tal-Kummerċ Ġust biex jonqos l-impatt negattiv ta’ dak li nixtru fuq l-ambjent li ngħixu lkoll fih.
Il-Kummerċ Ġust jgħin lil miljuni ta’ nies biex permezz tal-ħidma onestà tagħhom, joħorġu mill-faqar.
Għal aktar informazzjoni ċempel lill-ħanut L-Arka u l-Koperattiva Kummerċ Ġust fuq 21244865 jew 21315562. Ibgħat fuq kkg@maltaforum.org jew żur www.l-arka.org. |
|
Kurt Sansone jintervista lil George Abela
Editorijal

Il Punt
Ralph Cassar

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|