Aħbarijiet | 11 ta’ Mejju 2008 Nr 80
Marie-Louise Coleiro-Preca
www.marielouise.info
Għal xi wħud qed tkun diffiċli li jaċċettaw li jikkunsidraw li mara Maltija tista’ tkun fi tmexxija ta’ partit politiku li jaspira li jkun Partit fil-Gvern. Sfortunatament għad hawn min jaħseb li hawn ħidmiet, li huma strettament għal raġel u oħrajn, strettament għan-nisa. Jidher li minkejja l-iżvilupp kbir li għamilna matul il-medda ta’ snin, il-mentalità sessista għadha mhix megħluba għal kollox.
Nistqarr li ma bsartx li għadha teżisti mentalità li ma tagħrafx il-kompetenzi u l-ħiliet qabel jekk il-persuna hix mara jew raġel. Ma bsartx għaliex it-test tiegħi dwar jekk mara fil-politika hix kompetenti daqs raġel jew le, għaddejtu meta bejn l-1982 u l-1991 kont Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista.
Kien biss fil-bidu ta’ din il-kariga li ħassejt li ridt naħdem aktar minn raġel biex kulħadd jifhem li kelli l-kompetenza u l-ħila li mmexxi ’l quddiem il-ħidmiet tal-Partit minn din il-kariga għolja fil-ġerarkija. Matul is-snin mhux talli kont aċċettata talli meta fl-1989 kont ġejt ikkontestat minn kandidat raġel, il-Konferenza Ġenerali tal-Partit, eleġġitni b’96 fil-mija tal-voti. Dak iż-żmien in-nisa delegati kienu mill-anqas.
Il-Konferenza Generali kienet fil-maġġoranza assoluta tagħha, magħmula minn delegati rġiel, li ma qisux l-għażla tiegħi a bażi ta’ sess, iżda għażluni għall-kompetenza u l-ħiliet tiegħi. Għadni sa llum niltaqa’ ma’ attivisti Laburisti u b’mod mill-aktar pożittiv u entużjażmat għadhom japprezzaw il-ħidma tiegħi f’dak il-livell, u ta’ dan, nirringrazzjahom.
Min-naħa l-oħra rrid nistqarr ukoll, li niltaqa’ ma’ rġiel u nisa li qed jaraw li l-għażla ta’ mara kompetenti għall-Mexxej tal-Partit Laburist tagħtihom vantaġġ u dan għaliex mhux biss iqisuha bħala kontinwazzjoni storika tal-fiduċja li l-Partit Laburista dejjem kellu fin-nisa, iżda wkoll, għaliex hi xi ħaġa innovattiva u avvangardista għal pajjiżna.
Hemm min bla tlaqliq qalli, li anzi, hu meħtieġ li l-image li l-PN bena ta’ Gonzi, irridu nirribattuh, mhux b’kopja tiegħu, iżda b’image kompletament oriġinali, jiġifieri b’politiku mara.
Ħajr lil dawn kollha tal-fiduċja. |
|
Kurt Sansone jintervista lil George Abela
Editorijal

Il Punt
Ralph Cassar

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|