MediaToday

Ittri | 11 ta’ Mejju 2008 Nr 80

Valuri li jiddistwinguna

John M Briffa,
UHM

It-twaqqif tal-UHM 42 sena ilu kien mela vojt li kien ilu jinħass f’pajjiżna. Kienet twaqqfet trade union li l-valuri li kienet temmen fihom kellhom il-pedamenti u l-għeruq soċjali u nsara li kienu biċċa waħda ma’ l-għeruq tal-poplu tagħna.
Dawn il-valuri li ħaddnet u għadha tħaddan il-UHM iħarsu lejn il-ħaddiema bħala bnedmin sħaħ. Mhux biss biex ikollna soċjetà mibnija fuq il-ġustizzja soċjali u fuq il-liberta imma wkoll biex ikollna żvilupp sostenibbli li jħares bl-aktar mod tanġibbli l-ambjent, jinħoloq ix-xogħol u jkollna ħaddiema mgħallma u mħarrġa fil-ħiliet li verament jirrispettaw il-ħaddiema, pensjonanti u l-familji tagħhom.
Dan ma jfissirx li warrabna l-bżonnijiet tal-ħaddiema fuq il-postijiet tax-xogħol. Anzi konna fuq quaddiem biex dejjem stinkajna sabiex intejbu l-qagħda tal-ħaddiema. Kemm biex il-ħaddiema jkollhom livell ta’ għixien dejjem aħjar. Kemm biex ikollhom ambjent ta’ xogħol mill-aħjar.
Dan narawh illum bin-numru kbir ta’ ftehim kollettivi li nagħmlu u kif ukoll b’modi oħra. Il-kampanja ta’ Saħħa u Sigurtà li qed tmexxi bħalissa l-UHM hi xhieda ta’ dan.
Illum il-ħaddiema, il-pensjonanti u l-familji tagħhom għandhom diversi għażliet quddiemhom.
L-għażla li tqarribhom lejn dak it-twemmin li dejjem sawwar il-qalb u r-ruħ tal-poplu tagħna. Żgur li fiż-żmien li ġej aktar ħaddiema u pengjonanti ser iħarrsu lejn din il-għażla u jagħmluha tagħhom.

 

Intervista
Fiex jemmen il-Mexxej Laburista ġdid?

Kurt Sansone jintervista lil George Abela


Editorijal
Wara l-votazzjoni


Il Punt
Sfreġju Ħ’Attard
Ralph Cassar


Toni U Peppi


Il-ħatriet fil-bordijiet u awtoritajiet. Il-grazzi għal min għandu għajnejh blu?



Emmanuel Micallef
Il-kunsens ta’ ftehim nazzjonali


Carmelo Mifsud Bonnici

Il-bibien m’għandhomx jingħalqu



X'kien Jgħid
Il-konfużjoni Laburista tikkonfondi lil Lorenzo



Wenzu Mintoff

Sitwazzjoni skomda
Minn ewl id-dinja li partit li jkun tilef l-elezzjoni jgħaddi minn mumenti diffiċli sakemm isib saqajh u jerġa’ lura għar-rutina politika.


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan