MediaToday

Ittri | 11 ta’ Mejju 2008 Nr 80

Il-futur ta’ Lourdes Home

Minn Carmen Muscat,
Nadur, Għawdex

Fil-ħarġa tal-Ħadd 20 t’April dan il-ġurnal irrapporta esperjenza kerha ta’ mara ta’ madwar 50 sena li kienet residenti fil-istitut tal-Knisja, il-Lourdes Home, immexxi mis-sorijiet Dumnikani. Fil-ġimgħat li għaddew intqal ħafna dwar dan il-każ hekk kif ma’ kull ġurnata qed ikomplu joħorġu żviluppi ġodda minn meta l-Isqof t’Għawdex Mons Mario Grech talab maħfra lill-vittmi.
Bħall-mara li ingħatat l-isem fittizju ta’ Grace u li tkellmet ma’ dan il-ġurnal, jiena ukoll kont waħda mill-vittmi li esperjenzajt abbuzi fiżiċi u emozzjonali mis-sorijiet Dumnikani.
Mingħajr ma nerġa’ nidħol f’dettalji li diġà huma magħrufa minn kulħadd dwar dan il-każ inħoss li ma nistax ma nikkummentax dwar xnigħat li saru li aħna qed nagħmlu dan kollu għax irridu xi kumpens finanzjarju.
Filwaqt li jista’ jkun li vittma minnhom għandu interess li jieħu xi tip ta’ kumpens, nassigura lil kulħadd li l-maggoranza kbira tal-vittmi li għaddew minn dan il-martirju kollu żgur li l-inqas ħaġa li qed jaraw quddiem għajnejhom huma l-flus.
Bħal sħabi dejjem ridt li ssir ġustizzja u kien għalhekk li tkellimt fl-apert sa mis-sena 2002 fuq Super 1 TV, kif bqajt nagħmel b’mod konsistenti kulmeta intlabt li nagħmel dan.
Dwar il-futur ta’ Lourdes Home, nesprimi qbil ma’ dak li kitbet Dr Justyne Caruana fejn din qed tipproponi li din id-dar tinbidel f’post b’diversi sezzjonijiet fejn it-tfal ta’ kull età bi problemi diversi jkunu jistgħu jiġu ttrattati u miżmumin f’Għawdex stess. Naqbel ukoll ma’ dak li qalet li min kien responsabbli għandu jitressaq il-qorti u jiffaċċa l-akkużi bħal kull persuna oħra akkużata f’reat kriminali.

 

Intervista
Fiex jemmen il-Mexxej Laburista ġdid?

Kurt Sansone jintervista lil George Abela


Editorijal
Wara l-votazzjoni


Il Punt
Sfreġju Ħ’Attard
Ralph Cassar


Toni U Peppi


Il-ħatriet fil-bordijiet u awtoritajiet. Il-grazzi għal min għandu għajnejh blu?



Emmanuel Micallef
Il-kunsens ta’ ftehim nazzjonali


Carmelo Mifsud Bonnici

Il-bibien m’għandhomx jingħalqu



X'kien Jgħid
Il-konfużjoni Laburista tikkonfondi lil Lorenzo



Wenzu Mintoff

Sitwazzjoni skomda
Minn ewl id-dinja li partit li jkun tilef l-elezzjoni jgħaddi minn mumenti diffiċli sakemm isib saqajh u jerġa’ lura għar-rutina politika.


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan