Ittri | 11 ta’ Mejju 2008 Nr 80
Alfred Falzon
Fgura
Qrajt b’interess l-intervista li Evarist Bartolo ta lil Julia Farrugia fil-ħarġa tal-Ħadd 27 ta’ April.
Naqbel ma’ ħafna affarijiet li qal imma fuq kollox naqbel mal-pożizzjoni li ħa li l-elezzjoni għall-ħatra ta’ l-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista għandha ssir kemm jista’ jkun malajr wara l-elezzjoni għall-ħatra tal-Mexxej u Deputati Mexxejja u mill-istess delegati.
Bartolo ħaqqu kull tifħir talli ħa din il-pożizzjoni kuraġġuża peress li din tmur kontra x-xewqa tal-makna li ħakmet lill-Partit Laburista u li trid tibqa’ mwaħħla mal-poter li għandha. Dan mhux sew.
Ma jagħmilx sens li jkun elett tim ta’ tmexxija ġdida li jkun irid jitqanna b’uffiċjali li ilhom hemm aktar minn sena u nofs.
Għalhekk, nappella lill-kandidati l-oħra għat-tmexxija tal-Partit biex ikollhom il-kuraġġ li jitkellmu bl-istess mod li tkellem Bartolo u bħalu jiddikjaraw li l-elezzjoni għall-ħatra ta’ l-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista għandha ssir kemm jista’ jkun malajr wara l-elezzjoni għall-ħatra tal-Mexxej u d-Deputati Mexxeja.
Fil-fehma tiegħi din l-elezzjoni għandha ssir mhux iktar tard mill-aħħar ta’ Ġunju 2008 ħalli jkollna tim ta’ amministrazzjoni u tmexxija li jibda jaħdem minn issa mingħajr telf ta’ żmien biex iwassal lill-Partit Laburista fil-Gvern. |
|
Kurt Sansone jintervista lil George Abela
Editorijal

Il Punt
Ralph Cassar

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|