Ittri | 11 ta’ Mejju 2008 Nr 80
Minn Edward Decelis,
Mosta
Nagħmel riferenza għall-intervista li Julia Farrugia għamlet lit-tabib George Vella u li dehret nhar il-Ħadd 20 ta’ April. F’paragrafu partikolari ntqal li “George Abela f’laqgħa ta’ l-eżekuttiv ivvota favur mozzjoni dwar elezzjoni bikrija. Kulmin kien fil-laqgħa ta’ l-eżekuttiv ivvota favur din il-mozzjoni. Ħadd ma astjena u ħadd ma vvota kontra.”
Ninfurmak li f’dik is-seduta ta’ l-eżekuttiv jien wkoll kont preżenti għaliha. Xtaqt li niċċara wkoll x’kienu l-fatti sew,billi jien ukoll ivvutajt favur din il-mozzjoni li tersaq għall-vot tal-Konferenza Ġenerali.
Dakinhar li l-Gvern Laburista inġieb fi kriżi, l-eżekuttiv beda jiltaqa’ spiss u l-ħinijiet tal-laqgħat kienu diversi u fi kwalunkwe ħin tal-ġurnata.
U f’dawn il-laqgħat ittieħed kemm-il vot fihom u nista’ ngħid li ħadd ma seta’ jivvota b’mod liberu u skond ix-xewqa tiegħu.Konna nħossuna mbarazzati meta ta’ kull darba li nivvotaw bix-show of hands u mhux b’mod sigriet.
Fil-Konferenza Ġenerali li kienet saret f’Lulju tal-1998, George Abela kien qal li l-Partit kien se jagħmel suwiċidju jekk din il-mozzjoni tgħaddi u jmur għall-elezzjoni ġenerali.Niftakar ukoll li kien sar canvassing biex din il-mozzjoni tgħaddi.
Niftakar ukoll li kif wasalna fil-bieb tad-dħul tal-Konferenza Ġenerali, ġejna assedjati minn diversi nies li kienu skjeraw ruħhom apposta hemm u bdew jinsistu magħna d-delegati biex nivvutaw favur il-mozzjoni ħalli ssir elezzjoni bikrija.
Ir-riżultat aħħari kien wieħed favur il-mozzjoni.Dawk li vvutaw kontra l-mozzjoni kienu 28, fosthom jien.
Biss il-verità ta’ dak kollu li kien se jiġri fir-riżultat ta’ l-elezzjoni ġenerali li kienet saret (ftit wara li gawdejna s-Sajf ), kien qalu biss id-Deputat Mexxej Laburista għall-affarijiet tal-Partit, George Abela. |
|
Kurt Sansone jintervista lil George Abela
Editorijal

Il Punt
Ralph Cassar

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|