MediaToday

Ittri | 11 ta’ Mejju 2008 Nr 80

Se nibqa’ nservi

Minn Charles Mangion,
Ħal-Luqa

Nirreferi għall-intervista li dehret fil-ħarġa ta’ Illum ta’ l-4 ta’ Mejju fejn kien intervistat Michael Falzon. Nirreferi b’mod partikolari għall-mistoqsija: ‘Kont parti mit-tim tat-tmexxija li tilef l-aħħar elezzjoni. Għaliex ma tfajtx ir-riżenja?’
Fl-aħħar parti tat-tweġiba ta’ Falzon jingħad: ‘L-unika ħaġa differenti hi li fejn Sant u Mangion għażlu li ma jkomplux, jien lest li nkompli nservi.’
Biex nevita kull ekwivoku li dan il-kumment jista’ joħloq nerġa’ nikkonferma li d-deċiżjoni personali li ħadt li ma nippreżentax ismi għall-ħatra ta’ mexxej ġdid tal-Partit Laburista, bl-ebda mod ma tfisser li ma nibqax naħdem jew inservi fi ħdan il-Partit, jew li ma nibqax naqdi lill-kostitwenti tiegħi kif ukoll lill-pajjiżi b’kull mod li nista’, bħalma għamilt f’dawn l-aħħar 21 sena li ilni nimmilita fil-Partit Laburista.
Għalhekk il-kumment li deher fl-intervista msemmija ma jiriflettix il-verità li jien kont, għadni u se nibqa’ nagħti s-servizzi tiegħi lill-partit, lill-pajjiżi u lill-kostitwenti li jkunu jeħtiġuni. Fil-fatt, bħalma dejjem għamilt, se nibqa’ nservi bl-akbar entużjażmu u ħeġġa daqs qabel u anki aktar, lill-kostitwenti tiegħi kif għamilt kemm ili niġi elett bħala Deputat Parlamentari. Grat lejn dawk il-kostitwenti li għal sitt darbiet konsekuttivi dejjem tellgħuni fil-Parlament. Naturalment, se nkompli naqdi dmiri wkoll bħala Deputat Parlamentari għall-ġid ta’ pajjiżi u tal-Partit Laburista.
Ma jistax jonqos ukoll li se naħdem spalla ma’ spalla mat-tmexxija l-ġdida tal-partit meta din tkun eletta fi ftit ġimgħat oħra.

 

Intervista
Fiex jemmen il-Mexxej Laburista ġdid?

Kurt Sansone jintervista lil George Abela


Editorijal
Wara l-votazzjoni


Il Punt
Sfreġju Ħ’Attard
Ralph Cassar


Toni U Peppi


Il-ħatriet fil-bordijiet u awtoritajiet. Il-grazzi għal min għandu għajnejh blu?



Emmanuel Micallef
Il-kunsens ta’ ftehim nazzjonali


Carmelo Mifsud Bonnici

Il-bibien m’għandhomx jingħalqu



X'kien Jgħid
Il-konfużjoni Laburista tikkonfondi lil Lorenzo



Wenzu Mintoff

Sitwazzjoni skomda
Minn ewl id-dinja li partit li jkun tilef l-elezzjoni jgħaddi minn mumenti diffiċli sakemm isib saqajh u jerġa’ lura għar-rutina politika.


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan