Aħbarijiet | 11 ta’ Mejju 2008 Nr 80
Joseph Muscat
www.josephmuscat.com
Issa li bdejna l-aħħar fażi ta’ din il-kampanja għal ħatra ta’ Mexxej Laburista, nitfa’ ħarsti u ħidmieti fuq livell politiku aktar wiesgħa. Dan wara li wassalt kemm stajt il-viżjoni tiegħi għall-Partit Laburista u l-bidla li nixtieq nara sseħħ.
Fi ħsiebi ma’ l-ewwel jiġini l-ambjent politiku li bħalissa qed naħdmu fih. S’issa f’Malta kważi minn dejjem konna mdorrijin bil-Gvern tal-ġurnata jiddetta u jaġixxi b’tali mod li qisu dawk kollha li ma vutawlux ma jeżistux.
Jekk kemm-il darba nkun magħżul biex inservi fil-kariga ta’ Mexxej, nara li bil-fatti, u mhux bil-paroli, l-Oppożizzjoni tkun rispettata u kkonsultata mill-Gvern tul il-leġislatura kollha. Ma jistax ikollna sitwazzjonijiet bħalma kellna s’issa bil-Gvern Nazzjonalista jdaħħal lil Malta fil-PfP mingħajr konsultazzjoni ma’ ħadd. Ma jistax ikollna sitwazzjonijiet fejn il-Gvern iħoss li għandu jqarraq bil-poplu Malti u jipprova jagħtih x’jifhem li offra lill-Oppożizzjoni xi proposta storika fl-għażla ta l-iSpeaker. Kienet tkun sinifikanti kieku l-proposta ġiet għall-għażla ta’ persuna minn barra l-Parlament.
Oppożizzjoni mmexxijja minni se tkun waħda demokratika li lesta tiddiskuti mal-Gvern, li min-naħa tiegħu jrid jagħrafha bħala equal partner fejn jidħlu deċiżjonijiet importanti.
Qed nelenka xi proposti f’dan is-sens.
L-ewwel, rridu nassiguraw li l-Partiti nfushom joperaw b’mod li ma jagħtix lok għal relazzjonijiet finanzjarji diskutibbli ma’ individwi jew negozji.Qed nipproponi li wara snin ta’ paroli tiddaħħal liġi li għandha tassigura aktar trasparenza fil-finanzjament tal-Partiti.
Għandha ssir ir-riforma meħtieġa fl-Awtorità tax-Xandir biex jiġi assigurat li x-Xandir ta’ l-Istat jaqdi dmiru skond il-kostituzzjoni u jżomm ’il bogħod minn indħil politiku partiġġan.
L-Oppożizzjoni se żzomm kontroll kontinwu fuq dan il-Gvern biex dan issaħħaħ l-impenn biex jitħaddem il-prinċipju tal-meritokrazija u tiġi eliminata d-diskriminazzjoni politika, anke b’azzjoni konkreta fil-konfront ta’ każi passati.
L-Oppożizzjoni għandha jkollha sehem aktar dirett fejn jidħol it-tfassil, l-ippjanar, l-immaniġġar u l-infiq tal-fondi strutturali ta’ l-UE.Nipproponi kumitat Parlamentari konġunt li jaħdem f’dan is-sens. Bi ħsiebni nressaq aktar proposti ’l quddiem biex f’pajjiżna nassiguraw leġislatura aktar demokratika u li tixraq lill-poplu Malti b’rispett sħiħ lejn ir-riżultat elettorali ta’ ftit xhur ilu.
Jekk il-Gvern ma jridx li dan iseħħ, allura jkun hu li qed jonqos lill-Maltin u Għawdxin biex verament nagħmlu l-qabża għal Pajjiż Ewropew. |
|
Kurt Sansone jintervista lil George Abela
Editorijal

Il Punt
Ralph Cassar

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|