MediaToday

Aħbarijiet | 11 ta’ Mejju 2008 Nr 80

Politika ta’ kunsens

George Abela
www.georgeabela.info

Fi żminijiet ta’ llum ma nistgħux nevitaw li naħdmu flimkien u allura nħaddnu l-politika tal-kunsens. B’politika ta’ kunsens nifhem li kull deċiżjoni politika li tittieħed irid ikollha l-appoġġ ta’ l-ikbar firxa possibbli fis-soċjetà. Trid tkun politika li titfassal wara konsultazzjoni effettiva ma’ min hu konċernat jew interessat.
B’politika ta’ kunsens ma nifhmux li hi politika tad-dgħjufija. Li l-ħin kollu rridu nċedu u nakkomodaw lil ħaddieħor b’faċilità iktar milli ninħtieġu biex inwasslu l-politika tagħna. Meta nitkellmu dwar politika ta’ kunsens inkunu nfissru li kemm jista’ jkun il-viżjoni tagħna, id-direzzjoni li nagħtu u l-ħidma li nagħmlu jridu jwasslu biex jinkisbu r-riżultati mixtieqa.
Irridu nisimgħu lilna nfusna. Nixtarru l-ħsibijiet li joħorġu mill-istrutturi interni tagħna. Nikkritikaw lilna nfusna, għaliex le? U nifformulaw il-linja li nkunu se nieħdu mbagħad niddibattu ma’ oħrajn. Fejn tinħass il-ħtieġa li nimmodifikaw wara d-diskussjonijiet li nagħmlu allura nbidlu kemm hemm bżonn. Minn hemm ’il quddiem id-deċiżjoni li tittieħed tkun torbot lil kulħadd u kollha kemm aħna rridu niddefendu l-pożizzjoni li jieħu l-Partit.
Dan jgħodd għar-responsabbilità li għandna bħala Oppożizzjoni. Irridu nagħmlu dan biex nuru li aħna verament Partit inklussiv, li nemmnu f’parteċipazzjoni iktar wiesgħa u li rridu nipprattikaw stil ta’ tmexxija li jwassal għal għaqda. Ma jfissirx li se nagħmlu kompromessi mal-prinċipji li nħaddnu. It-twemmin u l-prinċipji tagħna jridu jibqgħu jiggwidawna f’kulma nagħmlu. It-twemmin u l-prinċipji tagħna la huma għall-bejgħ u lanqas għat-tpartit.
Lanqas mhi politika ta’ kompromessi. Fil-miri tagħna aħna ma rridux nilħqu livelli inferjuri. Irridu l-aqwa u l-aħjar f’dak li nipproponu, f’dak li nwiegħdu u f’dak li nwettqu. Il-politika ta’ kunsens, meta mħaddma tajjeb, tiggarantixxi l-kredibbiltà, il-kontabbiltà u s-serjetà. B’dan il-mod jirnexxielna nkomplu nkabbru l-appoġġ lejn il-Partit tagħna u żgur li tiżdied il-fiduċja ta’ l-elettorat. Il-politika ta’ kunsens tagħna ma tkunx waħda finta, partiġġana jew artifiċjali – bħalma jrid jipprova jwettaq il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern illum.
Id-deċiżjonijiet mgħaġġla u bla konsultazzjoni ta’ xejn li ħa l-Gvern mill-għada ta’ l-elezzjoni ’l hawn huma biżżejjed biex jikxfu l-ingann ta’ min irid jagħtik ewro biex jeħodlok 10. Aħna ma naħdmux hekk. Aħna nemmnu f’dak li nwettqu u għalhekk magħna kulħadd ikun jaf fejn hu qiegħed. Mhemmx ħabi u m’hemmx logħob bil-bżallu. Aħna lesti naħdmu ma’ kulmin għandu rieda tajba. Il-politika tal-kunsens hi msejsa fuq l-intelligenza tal-moħħ iktar milli fuq emozzjonijiet tal-qalb. Il-politika tal-kunsens hi politika li tħalli r-riżultati.Politika effettiva li biha nkunu qegħdin ninvestu fit-tul. Politika li lilna Laburisti tiddistingwina mill-oħrajn. Politika li terġa’ tpoġġina fuq quddiem nett tal-lista tal-partiti progressivi u pożittivi.

Intervista
Fiex jemmen il-Mexxej Laburista ġdid?

Kurt Sansone jintervista lil George Abela


Editorijal
Wara l-votazzjoni


Il Punt
Sfreġju Ħ’Attard
Ralph Cassar


Toni U Peppi


Il-ħatriet fil-bordijiet u awtoritajiet. Il-grazzi għal min għandu għajnejh blu?



Emmanuel Micallef
Il-kunsens ta’ ftehim nazzjonali


Carmelo Mifsud Bonnici

Il-bibien m’għandhomx jingħalqu



X'kien Jgħid
Il-konfużjoni Laburista tikkonfondi lil Lorenzo



Wenzu Mintoff

Sitwazzjoni skomda
Minn ewl id-dinja li partit li jkun tilef l-elezzjoni jgħaddi minn mumenti diffiċli sakemm isib saqajh u jerġa’ lura għar-rutina politika.


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan