MediaToday

Aħbarijiet | 11 ta’ Mejju 2008 Nr 80

Naħfru lil xulxin

Evarist Bartolo
www.evaristbartolo.com

Ma naqbel xejn affattu ma’ dawk li waqt li jridu jitfgħu lill-Partit Laburista fl-iżbarra jakkużawh bħala xi kriminali mill-agħar.
Fl-istorja tiegħu l-Partit Laburista mexxa l-ħidma għall-ħelsien ta’ pajjiżna. Bena l-ekonomija tal-pajjiż bl-aqwa riedni f’idejna: banek, ajruport u port, linja ta’ l-ajru u tal-baħar, turiżmu, fabbriki u tarznari. Daħħal l-edukazzjoni għat-tfal kollha. Bena s-servizzi soċjali biex jaqta’ l-faqar. Ħoloq u qassam il-ġid u bdiet tikber il-klassi tan-nofs. Daħħal sistema nazzjonali tas-saħħa biex il-kura jeħodha kulħadd. Eluf ta’ familji jgħixu fi djar diċenti minħabba l-programm qawwi tal-Gvern Laburista biex jibni djar u jqassam art pubblika bl-irħis. Mexxa f’pajjiżna l-ħidma biex ikollna l-libertà tal-ħsieb, tat-twemmin u tad-dritt li tingħaqad f’liema għaqda trid.
It-talba tal-Partit Laburista għall-maħfra ta’ meta weġġa’ n-nies trid tintalab fil-qafas tar-rikonċiiljazzjoni nazzjonali biex hekk infejqu l-feriti li bihom forzi soċjali u politiċi differenti f’pajjiżna weġġajna lil xulxin fi żminijiet differenti.
Il-Partit Nazzjonalista għandu jitlob maħfra għax ma ddefendiex id-demokrazija u lill-Partit Laburista fil-vjolenza kbira li saret fuqu fis-Snin 60. Meta għax taqra ġurnal Laburista, tivvota għall-Partit Laburista, toħroġ bħala kandidat għall-Partit kont tkun ikkundannat għall-infern. Għax Laburist tindifen fil-miżbla flok f’post sagru. Għax Laburista ma tistax tiżżewweġ fil-Knisja u tieħu s-sagramenti li ridt tieħu bħala Kattoliku. Ħafna Laburisti Kattoliċi għad għandhom feriti li ma nagħlqux minn dak iż-żmien.
Il-PN għandu jitlob maħfra għal dawk in-nuqqasijiet li għamel ma’ persuni ta’ twemmin Laburista tul kemm ilu jmexxi. Il-Laburisti sofrew transfers vendikattivi, inqabżu fil-promozzjonijiet, ma ngħatawx impjieg, ma ħadux kuntratti u ma ngħatawx rimedju ġust anki meta ngħataw raġun mit-Tribunal għall-Inġustizzji.
Jekk iż-żewġ partiti l-kbar jammettu n-nuqqasijiet tagħhom u jistqarru fejn weġġgħu lil xulxin u lill-partitarji tagħhom ikun pass tajjeb għar-rikonċilazzjoni nazzjonali biex nagħmlu paċi ma’ xulxin u nħarsu ’l quddiem biex ngħixu flimkien bħal aħwa f’dar komuni li jisimha Malta.

Intervista
Fiex jemmen il-Mexxej Laburista ġdid?

Kurt Sansone jintervista lil George Abela


Editorijal
Wara l-votazzjoni


Il Punt
Sfreġju Ħ’Attard
Ralph Cassar


Toni U Peppi


Il-ħatriet fil-bordijiet u awtoritajiet. Il-grazzi għal min għandu għajnejh blu?



Emmanuel Micallef
Il-kunsens ta’ ftehim nazzjonali


Carmelo Mifsud Bonnici

Il-bibien m’għandhomx jingħalqu



X'kien Jgħid
Il-konfużjoni Laburista tikkonfondi lil Lorenzo



Wenzu Mintoff

Sitwazzjoni skomda
Minn ewl id-dinja li partit li jkun tilef l-elezzjoni jgħaddi minn mumenti diffiċli sakemm isib saqajh u jerġa’ lura għar-rutina politika.


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan