MediaToday

Aħbarijiet | 04 ta’ Mejju 2008 Nr 79

Tlesta r-rapport tat-telfa tal-MLP

Tlesta r-rapport li analizza t-telfa elettorali tal-Partit Laburista u bħalissa qed isirulu l-aħħar irtokki. Illum tista’ tikkonferma li fi ftit tal-jiem oħra dan ir-rapport se jitressaq quddiem l-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista.
Ir-rapport tħejja minn Kummissjoni għal ta’ l-apposta li twaqqfet biex tanalizza l-fatturi kollha li wasslu biex l-MLP ġarrab telfa oħra fl-elezzjoni ġenerali. Il-probabbiltà hi li rapport jitressaq quddiem l-ogħla strutturi tal-partit il-ġimgħa d-dieħla. Suppost dan ir-rapport kellu jitlesta sa nhar l-Erbgħa li għadda. Madankollu sa l-aħħar jiem kienu għadhom qed jidħlu kummenti li kollha kellhom jgħaddu mill-għarbiel tal-Kummissjoni.
Fl-aħħar ġimgħat Kumitati Distrettwali Laburisti, membri Parlamentari u individwi minn xejriet differenti tal-ħajja, kienu ‘interrogati’ dwar l-aġir tal-Partit Laburista f’dawn l-aħħar xhur b’mod partikolari dwar l-istrateġija u l-modi li addotta.
Barra minn hekk, ħafna informazzjoni daħlet elettronikament mis-sit tal-Partit Laburista u dawn il-persuni kollha kellhom jiġu ikkuntattjati ħalli l-fehmiet u l-veduti jkunu mixtarra mill-Kummissjoni.
F’din il-Kummissjoni hemm fost l-oħrajn Renee Laiviera, Carmel Borg, Chris Cutajar u Carmen Sammut.
Eżerċizzju simili kien sar fl-2003 wara t-telfa elettorali li kien ġarrab il-Partit Laburista fir-rebbiegħa ta’ dik is-sena. Sal-ġurnata ta’ llum id-dettalji u l-konklużjonijiet tar-rapport imħejji mill-Kummissjoni ta’ dakinhar inżammu mistura mill-pubbliku u qatt ma ġew diskussi fl-istrutturi tal-Partit.

Intervista
Fiex jemmen il-Mexxej Laburista ġdid?

Julia Farrugia tintervista lil Michael Falzon



Il Punt
Ġgant ġentili
Toni Abela


Peppi Azzopardi
Reġistru għal dawk ħatja ta’ abbuż sesswali?



Emmanuel Micallef
Is-salib ta’ Dolores


Carmelo Mifsud Bonnici

Mhux sempliċi ċelebrazzjoni



X'kien Jgħid
Ix-Xellug



Wenzu Mintoff

Logħba ċess
Kif jgħid il-Malti li għandu ħabta jidħol bħal Pilatu fil-kredu, fl-aħħar mill-aħħar iż-żejt jitla’ f’wiċċ l-ilma. Ftit ftit hekk qed jagħmel, avolja l-prezz tiegħu sploda u ma jkunx jaqbel li nħalluh jixxerred ma’ l-ilma.


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan