MediaToday

Aħbarijiet | 04 ta’ Mejju 2008 Nr 79

Petizzjoni biex l-amministrazzjoni tinbidel sa Ġunju li ġej

Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt

Illum tista’ tiżvela li fi ħdan il-Partit Laburista bħalissa għaddejjin manuvri biex l-elezzjoni għall-ħatra ta’ l-amministrazzjoni tal-MLP issir f’Ġunju u mhux f’Jannar li ġej.
Din il-gazzetta għandha l-konferma li fil-jiem li għaddew bdiet tiċċirkola petizzjoni li qed tiġbor firem ta’ delegati li jappoġġaw din l-idea.
Il-kelma fl-MLP hi li l-moħħ wara din il-petizzjoni hu Alfred Grixti li diġà iddikjara l-interess tiegħu biex jissielet għall-post ta’ Segretarju Ġenerali.
Ikkuntattjat minn din il-gazzetta Grixti wieġeb: “Mhux se niċħad li naf b’din il-petizzjoni u ma nistax niċħad li kont avviċinat biex imexxi din l-istess petizzjoni. Madankollu irrifjutajt għax għandi kunflitt ta’ interess.”
Fil-ġimgħat li għaddew, f’intervista ma’ din il-gazzetta, Grixti kien iddikjara li ma jaqbilx li l-elezzjoni għal ħatra ta’ l-amministrazzjoni tal-partit issir f’Jannar li ġej.
L-istess għamel Evarist Bartolo, wieħed mill-kontestanti għall-ħatra ta’ mexxej Laburista li bħal-lum ġimgħa stqarr ma’ din il-gazzetta li jaqbel li “jekk jista’ jkun qabel is-sajf tissejjaħ konferenza ġenerali straordinarja li teleġġi l-amministrazzjoni.”
Mistoqsi minn Illum jekk jaqbilx li l-elezzjoni għall-amministrazzjoni għandhiex issir qabel Jannar, id-Deputat Mexxej Laburista Michael Falzon wieġeb: “Żgur li mhux sigriet li għaddejja petizzjoni biex l-amministrazzjoni tinbidel qabel Jannar li ġej. Jien lest li nirrispetta dak li jrid il-partit. Dejjem hekk għamilt.
“Naħseb li internament għandna bżonn nirranġaw ħafna affarijiet mhux lanqas l-istatut, pereżempju. U jien inkun lest li nagħmel Konferenza Ġenerali fuq kull xiex iridu d-delegati fuq kwalunkwe suġġett li jista’ jkun ta’ benefiċċju għall-Partit Laburista.”
Jason Micallef spiċċa fil-mira ta’ l-attakk ta’ ħafna nies fi ħdan l-MLP għall-mod kif waħdu mexxa l-kampanja elettorali Laburista li m’għarfitx tirrispondi għall-kampanja iktar iffukata u pożittiva ta’ l-avversarji politiċi.
Ħafna jsostnu li Micallef kellu jirriżenja bħalma għamel Sant, u minbarra Grixti, jista’ jkun hemm nies oħra lesti jikkontestawh għall-kariga ta’ Segretarju Ġenerali.

 

Intervista
Fiex jemmen il-Mexxej Laburista ġdid?

Julia Farrugia tintervista lil Michael Falzon



Il Punt
Ġgant ġentili
Toni Abela


Peppi Azzopardi
Reġistru għal dawk ħatja ta’ abbuż sesswali?



Emmanuel Micallef
Is-salib ta’ Dolores


Carmelo Mifsud Bonnici

Mhux sempliċi ċelebrazzjoni



X'kien Jgħid
Ix-Xellug



Wenzu Mintoff

Logħba ċess
Kif jgħid il-Malti li għandu ħabta jidħol bħal Pilatu fil-kredu, fl-aħħar mill-aħħar iż-żejt jitla’ f’wiċċ l-ilma. Ftit ftit hekk qed jagħmel, avolja l-prezz tiegħu sploda u ma jkunx jaqbel li nħalluh jixxerred ma’ l-ilma.


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan