MediaToday

Aħbarijiet | 04 ta’ Mejju 2008 Nr 79

Il-ginekologu Mark Sant itenni l-appoġġ tiegħu għal Muscat

F’laqgħa oħra għad-delegati, it-tesserati, l-attivisti u residenti li għaliha attendew mijiet ta’ nies, il-kandidat għat-tmexxija tal-Partit Laburista Joseph Muscat ilbieraħ insista li hu mhux interessat “fil-passat li jifridna iżda fil-futur li jgħaqqadna.”
Wara l-appoġġ fil-miftuħ ta’ George Vella u Godfrey Grima, din id-darba kien imiss lill-ginekologu Mark Sant biex itenni l-appoġġ tiegħu għall-kandidatura ta’ Muscat.
Mark Sant sostna li bħala persuna ta’ twemmin Laburista li vvota favur sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea qed ifittex alternattiva f’Partit Laburista mmexxi minn persuna li taf kif jaħdmu l-istituzzjonijiet Ewropej u li għandu viżjoni għat-tul.
“Joseph Muscat jappella u jifhem lill-elettorat żagħżugħ u lill-votant il-ġdid,” qal Sant.
Taħt it-tinda f’Ta’ Qali fejn inġabru nies mill-Ewwel, Tmien u d-Disa’ Distrett, Muscat qal li l-Partit Laburista għandu jkollu l-kuraġġ li jkun kunfidenti fil-futur biex b’hekk ikun il-partit ta’ kulħadd.
L-ewro deputat insista li l-Partit Laburista m’għandux jirbaħ l-elezzjoni għax il-poplu jkun xeba’ minn ħaddieħor iżda għax ikun rebaħ lura l-fiduċja tal-maġġoranza.
“Irridu nibnu moviment ta’ progressivi u moderati biex nagħmlu lil Malta l-aqwa fl-Unjoni Ewropea. Irridu nemmnu lkoll li nistgħu nkunu ġenerazzjoni rebbieħa,” qal Muscat.
Il-laqgħa kienet indirizzata wkoll minn George Vella li enfasizza l-bżonn ta’ viżjoni ġdida għall-Partit Laburista.
Din kienet it-tieni laqgħa pubblika ta’ Muscat.

Intervista
Fiex jemmen il-Mexxej Laburista ġdid?

Julia Farrugia tintervista lil Michael Falzon



Il Punt
Ġgant ġentili
Toni Abela


Peppi Azzopardi
Reġistru għal dawk ħatja ta’ abbuż sesswali?



Emmanuel Micallef
Is-salib ta’ Dolores


Carmelo Mifsud Bonnici

Mhux sempliċi ċelebrazzjoni



X'kien Jgħid
Ix-Xellug



Wenzu Mintoff

Logħba ċess
Kif jgħid il-Malti li għandu ħabta jidħol bħal Pilatu fil-kredu, fl-aħħar mill-aħħar iż-żejt jitla’ f’wiċċ l-ilma. Ftit ftit hekk qed jagħmel, avolja l-prezz tiegħu sploda u ma jkunx jaqbel li nħalluh jixxerred ma’ l-ilma.


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan