MediaToday

Aħbarijiet | 04 ta’ Mejju 2008 Nr 79

Fejn konna bqajna

Il-proġett imwiegħed ta’ breast screening nazzjonali għadu fuq il-karta

Sabrina Agius
sagius@mediatoday.com.mt

Il-wegħda li għamel il-Prim Ministru Lawrence Gonzi seba’ xhur ilu fil-baġit li fl-2008 se jitwaqqaf proġett nazzjonali għall-breast screening biex jilqa’ kontra l-kanċer tas-sider għadha tperper mar-riħ.
Kien l-Onkoloġista Stephen Brincat, responsabbli mill-Isptar Boffa, li l-għada tal-baġit ħareġ jgħid li fil-pajjiż m’hawnx riżorsi biżżejjed biex jitwaqqaf dan il-programm minkejja l-intenzjonijiet tajba wara l-proposta.
Din il-gazzetta staqsiet lis-Segretarjat Parlamentari għas-Saħħa fiex wasal il-proġett li suppost għandu jibda jopera minn din is-sena u t-tweġiba xotta kienet “il-proġett għadu miexi kif ippjanat.”
Madankollu s-Segretarjat ikkonferma li “t-timeframes qed jiġu riveduti minħabba li kien hemm waqfien fil-proċessi ta’ reklutaġġ fis-settur pubbliku” minħabba l-Elezzjoni Ġenerali.
Fid-diskors tal-baġit Gonzi saħaq “mis-sena d-dieħla (2008), se nintroduċu programm nazzjonali ta’ breast screening.”
Gonzi kien anki speċifika li fl-2008 il-programm nazzjonali ta’ screening kellu jibda għan-nisa l-aktar f’riskju, jiġifieri dawk ta’ bejn il-50 u s-60 sena biex imbagħad ikun estiż għan-nisa kollha.
Din il-gazzetta staqsiet ukoll kif issolviet il-problema tar-riżorsi umani li kien għamel riferenza għaliha l-Prof. Stephen Brincat. Is-Segretarjat tas-Saħħa qal li “is-sejħiet għall-applikazzjonijiet mistennija jinħarġu fil-ġimgħat li ġejjin.”
Minn kif jidhru l-affarijiet is-sitwazzjoni llum mhi xejn differenti minn kif kienet seba’ xhur ilu u ftit hemm ċans li sa l-aħħar ta’ din is-sena l-programm nazzjonali jidħol fis-seħħ.

Silta mid-diskors tal-Baġit 2008

“Din il-ġlieda kontra l-kanċer teħtieġ ukoll programmi ta’ prevenzjoni kemm fl-istil ta’ ħajja li ngħixu kif ukoll fl-identifikazzjoni kmieni tal-marda. Mis-sena d-dieħla se nintroduċu programm nazzjonali ta’ Breast Screening. Bl-apparat diġitali li issa għandna ġewwa l-Mater Dei se nkunu nistgħu nużaw is-servizzi ta’ speċjalisti barranin mingħajr l-bżonn li nsiefru l-pazjenti. Matul is-sena d-dieħla nibdew niffukaw fuq dawk in-nisa l-aktar f’riskju, jiġifieri dawk ta’ bejn il-50 u s-60 sena biex imbagħad nestendu l-programm għan-nisa kollha.
“Se jiġi iffinalizzat il-Pjan Nazzjonali dwar il-Kanċer li se jagħti direzzjoni għall-inizjattivi fil-qasam tal-kanċer. L-għan prinċipali hu li tingħata importanza lill-prevenzjoni, screening u trattament aħjar fil-qasam ta’ l-onkoloġija.”

Intervista
Fiex jemmen il-Mexxej Laburista ġdid?

Julia Farrugia tintervista lil Michael Falzon



Il Punt
Ġgant ġentili
Toni Abela


Peppi Azzopardi
Reġistru għal dawk ħatja ta’ abbuż sesswali?



Emmanuel Micallef
Is-salib ta’ Dolores


Carmelo Mifsud Bonnici

Mhux sempliċi ċelebrazzjoni



X'kien Jgħid
Ix-Xellug



Wenzu Mintoff

Logħba ċess
Kif jgħid il-Malti li għandu ħabta jidħol bħal Pilatu fil-kredu, fl-aħħar mill-aħħar iż-żejt jitla’ f’wiċċ l-ilma. Ftit ftit hekk qed jagħmel, avolja l-prezz tiegħu sploda u ma jkunx jaqbel li nħalluh jixxerred ma’ l-ilma.


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan