MediaToday

Aħbarijiet | 04 ta’ Mejju 2008 Nr 79

L-Eżekuttiv jipprova jfittex ‘il-widna’

Kurt Sansone

Membri ta’ l-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista nhar il-Ġimgħa filgħaxija spiċċaw jiddiskutu ż-żewġ stejjer li kellha din il-gazzetta l-Ħadd li għadda li żvelaw il-minuti ta’ l-Eżekuttiv li fl-1998 iddeċieda fuq elezzjoni bikrija u ittra personali li l-eks kandidat Laburista Alfred Mifsud kien bagħat lil Alfred Sant biex iwissih dwar George Abela u Dom Mintoff.
Jidher li xi wħud, fosthom is-Segretarju Ġenerali Jason Micallef, dawru l-kanuni tagħhom fuq persuna li ilha żmien twil tieħu l-minuti fl-eżekuttiv.
Din il-persuna, fi stat emozzjonali kbir, ċaħdet kategorikament li kienet hi li wasslet il-minuti lil din il-gazzetta.

Minkejja kull tentativ, kultant anki b’lingwaġġ xejn dinjituż minn xi wħud mill-membri preżenti, biex din il-persuna tammetti li kienet hi li ħarġet l-informazzjoni, din baqgħet tiċħad.
Intant l-eżekuttiv iddiskuta wkoll il-petizzjoni li tressqet quddiemu mid-deputat Marlene Pullicino biex tissejjaħ konferenza ġenerali straordinarja ħalli tiddeċiedi jekk it-tesserati għandhomx jingħataw id-dritt ukoll biex flimkien mad-delegati jivvutaw għall-ħatra ta’ mexxej.
Il-petizzjoni kienet iffirmata minn 122 delegat, ftit iktar mill-minimu ta’ 10 fil-mija (madwar 90) mitlub mill-istatut. B’kollox l-MLP għandu madwar 900 delegat.
L-eżekuttiv qabel li l-konferenza ġenerali ssir nhar il-Ġimgħa li ġej, inqas minn xahar bogħod mill-elezzjoni tal-mexxej il-ġdid li se ssir fil-5 ta’ Ġunju.
Minn ħin għall-ieħor hu mistenni li l-proponenti tal-petizzjoni jippreżentaw formalment il-mozzjoni fejn jispeċifikaw x’bidliet jixtiequ jaraw fl-istatut u li se tkun diskussa fil-konferenza ġenerali.
Il-petizzjoni kienet titkellem biss fuq bidla fil-mod kif jinħatar il-mexxej u mhux fuq kif jinħatru d-deputati mexxejja.
Alfred Sant, li fl-aħħar laqgħa tal-Grupp Parlamentari kien tfaċċa għall-għarrieda, ma kienx preżenti għal-laqgħa ta’ l-eżekuttiv.

 

Intervista
Fiex jemmen il-Mexxej Laburista ġdid?

Julia Farrugia tintervista lil Michael Falzon



Il Punt
Ġgant ġentili
Toni Abela


Peppi Azzopardi
Reġistru għal dawk ħatja ta’ abbuż sesswali?



Emmanuel Micallef
Is-salib ta’ Dolores


Carmelo Mifsud Bonnici

Mhux sempliċi ċelebrazzjoni



X'kien Jgħid
Ix-Xellug



Wenzu Mintoff

Logħba ċess
Kif jgħid il-Malti li għandu ħabta jidħol bħal Pilatu fil-kredu, fl-aħħar mill-aħħar iż-żejt jitla’ f’wiċċ l-ilma. Ftit ftit hekk qed jagħmel, avolja l-prezz tiegħu sploda u ma jkunx jaqbel li nħalluh jixxerred ma’ l-ilma.


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan