MediaToday

Aħbarijiet | 04 ta’ Mejju 2008 Nr 79

Alfred Sant ma ħallinix noħroġ għall-Elezzjoni Ġenerali

Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt

Paul Chetcuti Caruana, is-Sindku tal-Mosta, jallega li l-eks Mexxej Laburista Alfred Sant kien waqqfu milli joħroġ bħala kandidat fl-aħħar Elezzjoni Ġenerali.
“Ċempilli Alfred Sant u qalli li ried ikellmni u qalli, ‘Ejja waħdek’.
“Qalli ‘li kont minnek, Pawl, ma noħroġx għall-Elezzjoni Ġenerali li jmiss. Ibqa’ Sindku kif int. Flus għat-toroq u għall-monument ikollok kemm trid.’
“Dak il-ħin ma bqajtx aktar fidil. Indunajt li meta kien bagħat għalija sena qabel biex noħroġ għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali kien biex jużawni biss. Issa l-jigsaw puzzle kollha ġiet f’postha. Dak iż-żmien kien iffittani darbtejn, tliet darbiet, erba’ darbiet. Jien irrifjutajt u l-mara tiegħi talbitu bil-ħniena biex iħallina bi kwietna u ma joqogħdux jiffittawni biex noħroġ għax hi kellha bżonni u jien għandi naqra taż-żmien.
“Tafu x’kienet ir-risposta? Qalilha li aktar ma joħorġu kandidati għall-elezzjoni tal-kunsill aktar aħjar għax tiżdied il-catchment area tal-votanti. Allura għala ma applikax l-istess raġunar fl-Elezzjoni Ġenerali?”
Paul Chetcuti Caruana jsostni li b’mod regolari ċ-ċittadini tad-Distrett isaqsuh għala ma ħariġx għall-Elezzjoni Ġenerali. U skond hu hemm min saħansitra jgħidlu: “li kieku ħareġ flimkien ma’ xi ħadd bħal Joe Mifsud, l-MLP żgur kien jirbaħ l-Elezzjoni Ġenerali għax 800 vot kontu tiġbruhom żgur.”
“It-tweġiba tiegħi ġuramentata hi din li tajtek. Sant ma ħallinix noħroġ,” jargumenta t-tabib li sena ilu kien sostna ma’ din il-gazzetta li hu kien parti mill-Ispecial Forces tal-Partit Laburista.
Fuq l-istess ton militari s-Sindku Laburista jappella biex il-persuni kollha li kienu fit-tmexxija tal-Partit iwarrbu minn nofs.
“Warrbu minn hemm kollha kemm intom, intom li kontu fil-leadership u ma kontux kapaċi tirbħu l-gwerra wara li rbaħna ħafna battalji, waħda wara l-oħra. X’ġenerali fikom intom?” jistaqsi Chetcuti Caruana.
Is-Sindku Mosti jwissi lill-partit biex iżomm għajnejh miftuħa fuq iċ-Ċentru Laburista tal-Mosta u xi wħud mill-membri li jiffrekwentaw il-post.
“ Ara ma jiġix xi ħadd u jgħid li ma kienx jaf li għaddejjin dawn il-barumbati fil-Każin Laburista tal-Mosta! Il-giddieb fl-aħħar jinqabad.”
Fil-fehma ta’ Paul Chetcuti Caruana l-futur mexxej Laburista irid ikun wieħed li ġej minbarra l-partit.
Imbagħad Chetcuti Caruana jitlaq b’litanija ta’ attributi Kattoliċi li jixtieq jara fil-mexxej il-ġdid li jġiegħlek temmen li iktar qed jitkellem dwar xi mexxej għall-Partit Nazzjonalista li hu ħafna iktar konfessjonali fi twemminu.
“Irid ikun Kattoliku Ruman prattikant. No more, no less fil-pajjiż ta’ San Pawl Missierna. Hemm in-nuqqas tal-preżenza t’Alla fil-leadership tal-partit. Ta’ xejn hemm spiritual director. Ħafna minnhom lanqas biss jemmnu f’Alla. Ara kif trid jew jippretendu li Alla jieqaf mal-Partit tagħna!”
Chetcuti Caruana jargumenta li flimkien mad-Deputat Mexxej, il-mexxej ġdid irid ikun “miżżewweġ b’mara waħda biss.”
Chetcuti Caruana kien kisirha mat-tmexxija tal-partit meta bħala sindku, flimkien mal-kunsilliera l-oħra kollha, oġġezzjona li hu bħala uffiċjal pubbliku jkun jista’ jżewweġ lin-nies biċ-Ċivil. Dan id-dritt iddaħħal fil-liġi iktar kmieni din is-sena u permezz tiegħu s-sindki ngħataw il-fakultà li jamministraw iż-żwieġ ċivili bħalma jsir barra minn Malta.
Madankollu bid-deċiżjoni li ħa l-kunsill tal-Mosta, b’difiża qawwija mis-sindku konservattiv, dan għalaq il-bibien għal żwiġijiet ċivili fil-lokal.

 

Intervista
Fiex jemmen il-Mexxej Laburista ġdid?

Julia Farrugia tintervista lil Michael Falzon



Il Punt
Ġgant ġentili
Toni Abela


Peppi Azzopardi
Reġistru għal dawk ħatja ta’ abbuż sesswali?



Emmanuel Micallef
Is-salib ta’ Dolores


Carmelo Mifsud Bonnici

Mhux sempliċi ċelebrazzjoni



X'kien Jgħid
Ix-Xellug



Wenzu Mintoff

Logħba ċess
Kif jgħid il-Malti li għandu ħabta jidħol bħal Pilatu fil-kredu, fl-aħħar mill-aħħar iż-żejt jitla’ f’wiċċ l-ilma. Ftit ftit hekk qed jagħmel, avolja l-prezz tiegħu sploda u ma jkunx jaqbel li nħalluh jixxerred ma’ l-ilma.


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan