Aħbarijiet | 04 ta’ Mejju 2008 Nr 79
Michael Falzon
www.falzonmichael.com
Filwaqt li nemmen li l-Partit Laburista għandu jibda minnufih il-proċess ta’ tiġdid ġewwa fih dan ma jfissirx li l-ħidma tiegħu minn fuq il-bankijiet ta’ l-Oppożizzjoni m’għandhiex tibqa’ għaddejja b’kontinwazzjoni.
Ħalli nagħmilha ċara fuq punt li nħoss li hu importanti ħafna: minkejja li l-Elezzjoni Ġenerali suppost għad baqagħlha ħames snin, il-pożizzjoni tal-Gvern, b’maġġoranza ta’ kważi nofs ta’ kwota, tista’ fil-fatt ma tkunx stabbli biżżejjed biex ikompli bil-ħidma tiegħu. Għal dan għandna naħsbu wkoll.
Ma nemminx li għandna nagħtu rigali lill-Gvern, speċjalment meta wieħed iżomm f’moħħu kemm meta kellu kollox favur tiegħu il-Gvern Nazzjonalista kien xħiħ ma’ l-Oppożizzjoni Laburista.
Wara l-1998 il-PN kien ftaħar li fi 22 xahar kien rnexxielu jwaqqa’ lill-Gvern Laburista. Għalfejn issa qed jippretendu mod ieħor?
Inħoss li jekk ikun meħtieġ li nerġgħu mmorru għal elezzjoni għada stess għandna mmorru u jekk inkun jien il-mexxej tal-Partit Laburista ma nkunx lest li nagħti xi ħabel tas-salvazzjoni għal xejn b’xejn lil dan il-Gvern biex jibqa’ jillapazza sa l-aħħar fis-siġġu tal-poter.
Dan mhux punt partiġġan. Hu fl-interess tal-pajjiż li jkollna gvern sod li jmexxi b’maġġoranza ċara. Dan jiggarantixxi aktar stabbiltà u demokrazija isħaħ. Minix kontra kultura ta’ djalogu bejn Gvern u Oppożizzjoni għax id-djalogu hu meħtieġ u fejn jista’ jintlaħaq kunsens għandu jintlaħaq. Imma l-esperjenza s’issa dejjem urietna li man-Nazzjonalisti l-affarijiet ħafna drabi jaħdmu ‘one way’, ‘their way’. Dan żgur mhux tisħiħ demokratiku.
Aktar minn 140,000 Maltin u Għawdxin fit-8 ta’ Marzu urew biċ-ċar bil-vot tagħhom li għandhom fiduċja fil-Partit Laburista. Lil dawn ma nistgħux ninsewhom. Irridu nirrappreżentawhom bl-aħjar mod u rridu nassiguraw li posthom f’din id-demokrazija jkun imħares. Jekk se noqogħdu nbaxxu rasna quddiem il-Gvern Nazzjonalista, anki fejn jinsab fit-tort, biex ma nidhrux li rridu nħassrulu l-festi, inkunu qed nonqsu lil dawk li tawna l-fiduċja tagħhom.
Għalhekk kull jum li jgħaddi rridu nkunu lesti biex niggvernaw. M’hemmx żmien meta ngħidu “issa ġeddidna kollox, nistgħu nieqfu nġeddu.”
Kontinwament irridu nibdlu, intejbu, insaħħu u noħorġu bi proposti ġodda. Kontinwament irridu nkunu lesti biex immexxu lil pajjiżna ħalli niftħu toroq għall-opportunitajiet ġodda għal kulħadd. |
|
Julia Farrugia tintervista lil Michael Falzon
Editorijal

Il Punt
Toni Abela
Peppi Azzopardi

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|