MediaToday

Aħbarijiet | 04 ta’ Mejju 2008 Nr 79

Oppożizzjoni organizzata u b’saħħitha

Marie-Louise Coleiro-Preca
www.marielouise.info

Jinħtieġ li l-Partit Laburista jkun Oppożizzjoni organizzata u b’saħħitha.
Wasal iż-żmien li l-Parlament Malti jkun tassew Parlament demokratiku. Sa llum l-operat organizzattiv tal-Parlament hu wieħed mill-aktar żbilanċat u dilettantesk, fejn il-Gvern għandu r-riżorsi kollha biex jaħdem, filwaqt li l-Oppożizzjoni prattikament m’għandha xejn.
Hi tal-mistħija li l-Oppożizzjoni la għandha spazju biżejjed minn fejn taħdem, u wisq anqas għandha r-riżorsi materjali u umani biex tagħmel xogħolha fil-Parlament b’mod professjonali. Dan meta ħidmet il-Parlament żdiedet minħabba li fost affarijiet oħra, iridu jsiru eżeċizzji regolari ta’ skrutinju ta’ proposti għal regolamenti u direttivi li jintbagħtu mill-Kummissjoni ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għalhekk jinħtieġ li l-Partit Laburista jagħmel proposti immedjati lill-Ispeaker u lill-Gvern biex ir-riżorsi meħtieġa jingħataw lill-Oppożizzjoni. In-nuqqas ta’ riżorsi li hemm fil-Parlament mhux darba u tnejn kienu l-qofol ta’ diskorsi li l-Ispeaker, Anton Tabone, għamel matul is-snin.
Iżda l-Gvern Nazzjonalista li hu responsabbli li jagħti r-riżorsi biex il-Parlament jiffunzjona professjonalment kif xieraq dejjem injora dawn l-appelli. Għalhekk żgur li wasal iż-żmien li l-Partit Laburista jinsisti u jkun iebes fuq it-talbiet leġittimi tiegħu, biex bħala Oppożizzjoni jkun f’qagħda li jaħdem tabilħaqq fl-aħjar interess ta’ pajjiżna.
Min-naħa l-oħra fuq livell politiku jinħtieġ li l-Oppożizzjoni Laburista tkun oppożizzjoni assertiva b’politika msejsa fuq ideat żviluppati ħalli l-Gvern Nazzjonalista ma jibqax għaddej bl-attitudni li hu jaf kollox u ma jħallix lok għal ħidmiet kostruttivi flimkien. Il-poplu Malti qiegħed jistenna dan.
Jinħtieġ li l-Oppożizzjoni Laburista tkun oppożizzjoni li tirrifletti l-verità, fejn dak li hu tajjeb ma tiddejjaqx tgħidlu tajjeb, filwaqt li dak li hu ħażin, ikollha l-kuraġġ li tgħidlu ħażin u tieqaf fuq saqajha kontrih.
Jinħtieġ li nuru tassew li aħna Gvern alternattiv u differenti. Jinħtieġ li jkollna l-kuraġġ li nuru l-viżjoni tagħna f’kull ħin biex tinbena l-kredibbiltà tagħna mill-ġdid.
Jinħtieġ li tabilħaqq nuru li aħna differenti minn ħaddieħor u b’hekk nagħtu l-opportunità lill-poplu jagħraf min hu serju u jaf preċiż x’irid.
B’hekk nassiguraw li l-għażla elettorali tal-poplu taqa’ fuq il-Partit Laburista għax ikun magħruf għall-valuri sodi tiegħu. Valuri li jassiguraw tassew kwalità ta’ ħajja xierqa u dinjituża lill-Maltin u l-Għawdxin kollha.

Intervista
Fiex jemmen il-Mexxej Laburista ġdid?

Julia Farrugia tintervista lil Michael Falzon



Il Punt
Ġgant ġentili
Toni Abela


Peppi Azzopardi
Reġistru għal dawk ħatja ta’ abbuż sesswali?



Emmanuel Micallef
Is-salib ta’ Dolores


Carmelo Mifsud Bonnici

Mhux sempliċi ċelebrazzjoni



X'kien Jgħid
Ix-Xellug



Wenzu Mintoff

Logħba ċess
Kif jgħid il-Malti li għandu ħabta jidħol bħal Pilatu fil-kredu, fl-aħħar mill-aħħar iż-żejt jitla’ f’wiċċ l-ilma. Ftit ftit hekk qed jagħmel, avolja l-prezz tiegħu sploda u ma jkunx jaqbel li nħalluh jixxerred ma’ l-ilma.


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan