Ittri | 04 ta’ Mejju 2008 Nr 79
Minn Valerie Borg,
Valletta
Jgħidu li gvern jiġi iġġudikat ma’ l-ewwel 100 jum tiegħu fil-poter u Gonzi baqagħlu ftit biex jilħaq dik il-mira.
Biss, kif jgħidu, ix-xemx minn filgħodu turik. Fi kważi 60 ġurnata l-inizjativi li ħa Gonzi kienu li daħħalna fil-Partnership for Peace, għolla d-diesel u l-prodotti ta’ ċertu ditta tal-ħalib.
L-isbaħ waħda hi kif qed nittrattaw is-sitwazzjoni ta’ l-abort. Xbajna nisimgħu kif ġew ittrattati l-kaċċaturi u ngħiduha kif inhi, jien ma tantx jien dilettanta li nara tjur jinqatel kiesaħ u biered. Imma li jiskantani hu kif qed nagħmlu plejtu fuq qtil tat-tjur iżda li skond il-Kunsill ta’ l-Ewropa l-abort għandu jiġi legalizzat ma tantx smajna.
Il-qtil tat-tjur hu iżjed importanti mill-abort u l-qtil ta’ l-innoċenti. Ma nafx fejn għandna naslu iżjed!
|
|
Julia Farrugia tintervista lil Michael Falzon
Editorijal

Il Punt
Toni Abela
Peppi Azzopardi

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|