Ittri | 04 ta’ Mejju 2008 Nr 79
Minn Sandro Mallia,
Ħaż-Żebbuġ
Il-korrispondent tiegħek Joe Masini minn Għawdex fl-ittra tiegħu tas-27 ta’ April staqsa għaliex hemm “din ir-reżistenza kollha għall-emenda” fil-mozzjoni mressqa minn Marlene Pullicino li titlob biex il-ħatra tal-Mexxej tal-Partit Laburista jivvutaw mhux biss id-delegati imma t-tesserati kollha.
Ma nistax nifhem għalfejn kellha tkun din id-deputata ġdida li ippreżentat ruħha biex tressaq din il-mozzjoni. Dan qed ngħidu għaliex Pullicino mhux talli ma ħaditx parti fid-diskussjonijiet meta kien emendat l-istatut xi snin ilu, iżda talli dak iż-żmien kienet tappartjeni lill-partit l-ieħor.
Ħafna tesserati qed jistaqsu għaliex Pullicino kellha tistenna li tabbanduna lill-PN, li kienet attiva fih anki bħala kunsilliera u kandidata, u tidħol fil-Partit Laburista biex tinsisti fuq din l-emenda.
Hemm diversi raġunijiet għalfejn il-parti l-kbira tat-tesserati qed jirreżistu din l-emenda.
Insemmi xi wħud minnhom:
1. Il-parti l-kbira tat-tesserati fehmu li dik li qed tissejjaħ emenda għall-istatut mhi xejn ħlief nasba li tista’ titfa’ lill-partit f’inkwiet kbir.
2. It-tesserati mhumiex lesti li jservu ta’ xtapp jew banketta għal xi ħadd.
3. It-tesserati jemmnu li emenda radikali bħal din trid tkun diskussa bis-serjetà kollha li jixirqilha għax fiha bosta żvantaġġi li jistgħu jdgħajfu lill-istess partit.
4. Għaliex ma jistgħux jifhmu r-raġuni għala min qed jinsisti għal din l-emenda qed jinsisti biss li jżeffen lit-tesserati fejn tidħol il-ħatra tal-mexxej biss u jħalli barra l-għażla ta’ mexxejja oħra u saħansitra l-għażliet politiċi importanti tal-partit.
5. It-tesserti qed jistaqsu għaliex dawk li llum qed jgħidu kemm hi demokratika din is-sistema u li t-tesserati għandhom id-dritt li jiddeċiedu affarijiet importanti fil-partit, ma nsistewx bl-istess mod fl-1998 meta d-delegati biss iddeċidew li l-partit għandu jmur għal elezzjoni bikrija fl-iqsar żmien possibbli.
6. It-tesserati ġenwini fehmu l-kontradizzjonijiet li qed jaqgħu fihom dawk li huma favur din l-emenda. Min-naħa jgħidu kemm iridu jkunu demokratiċi u miftuħa u min-naħa l-oħra jinjoraw kompletament lil kulħadd, lill-kumitati kollha tal-partit u lill-istess tesserati.
Nistaqsi wkoll għalfejn il-lista bl-ismijiet ta’ dawk id-delegati li ffirmaw il-petizzjoni qed tinżamm mistura u hemm min fil-partit li qed jirrifjuta li għandha tkun ippubblikata jew tkun mogħtija lill-kumitati tal-partit. |
|
Julia Farrugia tintervista lil Michael Falzon
Editorijal

Il Punt
Toni Abela
Peppi Azzopardi

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|