MediaToday

Ittri | 04 ta’ Mejju 2008 Nr 79

Mara li tħobb lin-nies

Minn Joe Chetcuti,
Ħal Qormi

Iddeċidejt li nikteb din l-ittra wara li qgħadt insegwi l-attakki sfrenati li qed isiru fil-konfront ta’ Marie-Louise Coleiro, fejn qed jingħad li din il-mara kellha xi rabtiet ma’ żmien il-vjolenza. Issa anke fuq din hawn dibattitu sħiħ.
L-ewwelnett ħadd ma jista’ jaqbad u jwaddab it-tajn lejn xi partit wieħed. It-tieni, ħadd ma jista’ jipprova jħammeġ individwi għax hawn toħroġ l-aġenda ta’ min hu beżżiegħ u qed jibża’ li jista’ jitwarrab mill-fokus tal-poter.
Qabel ma nikkummenta fuq Coleiro nixtieq nagħmel domanda waħda u nixtieq risposta dwarha. Se nirreferi dwar l-allegazzjonijeit foloz u bla bażi li fis-Snin Tmenin il-Partit Laburista kellu x’jaqsam mal-bombi u l-vjolenza. Id-domanda hija waħda naturali ħafna. Jista’ xi ħadd jispjegali kif u għaliex wara li l-Partit Nazzjonalista rebaħ l-elezzjoni tal-1987 dawn il-bombi u l-vjolenza waqfu?
Inkompli fuq Marie-Louise. Għalkemm lili ma tafnix ħafna għax jien ċittadin komuni, ili nosserva l-mixja politika tagħha sa minn meta kienet Segretarja Ġenerali tal-Partit Laburista.
Irrid ngħid li dejjem niftakarha tħambaq biex inżommu l-għaqda bejnietna. Naf li mhux l-ewwel darba li hi personalment niżlet fejn kienu jsiru l-attivitajiet tal-massa biex tassigura li kollox jimxi kif suppost.
Niftakar ukoll fiż-żmien meta fuq inizjattiva personali tagħha kienet tiltaqa’ mas-Segretarju Ġenerali tal-PN (dak iż-żmien Louis Galea) biex flimkien jippjanaw il-kampanji rispettivi tagħhom bħal ngħidu aħna r-rotot mnejn jgħaddu l-karozzi biex kemm jista’ jkun jassiguraw li tinżamm l-ordni u li ħadd ma jweġġa’. Daqshekk tħobbhom lin-nies din il-mara! Nista’ nibqa’ nsemmi u ma niqafx.
Nagħlaq b’appell wieħed. Għandna bżonn nies tal-kalibru ta’ Marie-Louise Coleiro biex imexxu l-Partit Laburista għax apparti li urietna l-kapaċitajiet tagħha fl-imgħoddi, urietna wkoll li kapaċi tiġġeded maż-żminijiet. Dan nafuh għax f’kull elezzjoni dejjem żiedet il-voti tagħha żġur li dawn ma ġewx minn xi sezzjoni waħda ta’ l-elettorat.

 

Intervista
Fiex jemmen il-Mexxej Laburista ġdid?

Julia Farrugia tintervista lil Michael Falzon



Il Punt
Ġgant ġentili
Toni Abela


Peppi Azzopardi
Reġistru għal dawk ħatja ta’ abbuż sesswali?



Emmanuel Micallef
Is-salib ta’ Dolores


Carmelo Mifsud Bonnici

Mhux sempliċi ċelebrazzjoni



X'kien Jgħid
Ix-Xellug



Wenzu Mintoff

Logħba ċess
Kif jgħid il-Malti li għandu ħabta jidħol bħal Pilatu fil-kredu, fl-aħħar mill-aħħar iż-żejt jitla’ f’wiċċ l-ilma. Ftit ftit hekk qed jagħmel, avolja l-prezz tiegħu sploda u ma jkunx jaqbel li nħalluh jixxerred ma’ l-ilma.


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan