Ittri | 04 ta’ Mejju 2008 Nr 79
Minn Philip Camilleri,
Sliema
Lil Sir Anthony Mamo ma kontx nafu u żgur ma niftakrux bħala president għax ġie qabel ma twelidt jien.
Madankollu li dejjem affaxxinani hu l-fatt li meta l-politiċi ta’ kull kulur politiku jiddiskutu min għandu jkun president dejjem jissemma Mamo bħala r-riegla ta’ presidenza ’l fuq mill-politika partiġġana.
Mamo kien l-uniku president tar-Repubblika li ma serviex ma’ partit politiku jew ieħor.
La kien Deputat Parlamentari, kandidat u lanqas uffiċjal ta’ partit. Sfortunatament warajh kull president li nħatar mill-Parlament dejjem kellu rbit ma’ xi partit politiku, kien x’kien il-partit.
Nemmen li l-politiċi għandhom jgħaddu min-nostalġija tal-figura ta’ Mamo bħala simbolu ta’ għaqda nazzjonali għar-realtà biex fl-għażla li trid issir is-sena d-dieħla jerġa’ jkollna president tassew ’il fuq mill-politika partiġġana li kull Malti u Għawdxi jista’ verament iħossu komdu bih.
Forsi l-mewt ta’ Mamo sservi biex inħarsu waħda lura bit-tama li l-ġejjieni jkun differenti miż-żmien t’issa. |
|
Julia Farrugia tintervista lil Michael Falzon
Editorijal

Il Punt
Toni Abela
Peppi Azzopardi

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|