MediaToday

Ittri | 04 ta’ Mejju 2008 Nr 79

Lejn partit iktar liberali

Minn Darren Marmarà,
Fgura

Wara t-telfa elettorali rridu nelenkaw l-iżbalji tal-partit tagħna, insolvuhom malajr, inbiddlu fejn hemm bżonn biex inqawwu t-tim tagħna ħalli jkun jista’ jinseġ it-twemmin Soċjalista li jeħtieġ pajjiżna.
Post il-Partit Laburista hu fil-Gvern. Malta llum hi mċaħħda minn partit li verament jemmen fis-Soċjaliżmu u għalhekk ninsabu fis-sitwazzjoni mwegħra li qegħdin fiha.
Aħna d-delegati għandna l-obbligu li nagħżlu l-aħjar. Irridu persuna li twassalna għar-rebħa li tant għandna bżonn. Iktar minn hekk irridu naraw li min ikun mexxej irid jgħaqqadna flimkien. Ma nistgħux naħdmu fi klikek. Il-partit hu ta’ kulħadd.
B’dan il-mod inkunu qed inkabbru l-familja Laburista fejn kulħadd iħossu parti mill-partit. Meta jkollok ħafna nies u tgħaraf issib il-kapaċitajiet tagħhom ikollok is-saħħa li twettaq ħafna xogħol. Bla dubju hemm ħafna xogħol xi jsir fi żmien meta tan-naħa l-oħra se jfittxu li jużaw il-poter tagħhom biex jgħaqqdu lil dawk in-nies li din id-darba ma vvutawx. Minn naħa l-oħra rridu nkunu l-Oppożizzjoni li tieqaf għall-arroganza, li tara li ħadd ma jaqa’ lura u fl-istess ħin li s-soċjetà timxi ’l quddiem, tieqaf quddiem sistema politika li temarġina lil xi faxxa tas-soċjetà.
Irridu nkunu l-partit modern li jindirizza kwistjonijiet tal-preżent. Jistgħu jinħassu ibsin imma ġaladarba jkollna t-tim magħqud ilkoll flimkien ngħarblu eżatt x’iridu n-nies u allura nfasslu l-politika tagħna biex ngħinuhom. Għandu jkollna politika dwar it-tipi ta’ familji li ghandna llum. Dwar id-divorzju, il-gays, l-immigranti irregolari u oħrajn li sa llum il-Gvern beża’ jiddiskuti.
Aħna rridu nkunu l-partit liberali li kapaċi jagħti leħen lin-nies tat-triq. Xejn m’għandu jbeżżana jekk naħdmu bil-għaqal.

 

Intervista
Fiex jemmen il-Mexxej Laburista ġdid?

Julia Farrugia tintervista lil Michael Falzon



Il Punt
Ġgant ġentili
Toni Abela


Peppi Azzopardi
Reġistru għal dawk ħatja ta’ abbuż sesswali?



Emmanuel Micallef
Is-salib ta’ Dolores


Carmelo Mifsud Bonnici

Mhux sempliċi ċelebrazzjoni



X'kien Jgħid
Ix-Xellug



Wenzu Mintoff

Logħba ċess
Kif jgħid il-Malti li għandu ħabta jidħol bħal Pilatu fil-kredu, fl-aħħar mill-aħħar iż-żejt jitla’ f’wiċċ l-ilma. Ftit ftit hekk qed jagħmel, avolja l-prezz tiegħu sploda u ma jkunx jaqbel li nħalluh jixxerred ma’ l-ilma.


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan