MediaToday

Ittri | 04 ta’ Mejju 2008 Nr 79

Wenzu Mintoff jikkonferma l-fatti

Minn Saviour Cachia,
Marsaskala

Fost il-kitbiet li nieħu gost naqra fil-gazzetta hemm l-opinjoni tas-Segretarju Edukattiv tal-Partit Laburista, Wenzu Mintoff.
Huma kitbiet ċari ta’ persuna li żżomm ruħha aġġornata ma’ dak kollu li jkun qed iseħħ fil-kamp politiku. Hu naturali li ħafna mill-kitbiet ta’ Mintoff jikkonċentraw l-iktar fuq il-Gvern Nazzjonalista iżda ammirajtu li ma ddejjaq xejn jurina x’kien qed jiġri wara l-kwinti tul il-kampanja elettorali min-naħa tal-Partit Laburista.
Anki jekk Mintoff stess stqarr li ma ngħatatx spazju biex joffri l-kontribut tiegħu tul il-kampanja jien li jien anzjan iktar minnu u allura għext sewwa l-ħajja politika, meta ngħarbel il-mixja politika ta’ Wenzu Mintoff, nirrealizza kemm hu importanti li persuni b’għeruq Laburisti nerġgħu niġbduhom fi ħdan il-partit.
Hi strateġija żbaljata li waqt li nkun qed insegwi l-aħbarijiet ta’ xi jkunu qed jgħidu l-ħames kontendituri għall-ħatra tal-mexxej ġdid ikun hemm min bla ebda etika ta’ xejn jara kif iħammeġ kontenditur Laburist bħalu għax fl-imgħoddi ħass li kellu jieħu ċerti toroq.
Forsi Wenzu Mintoff u Toni Abela mhumiex l-ikbar eżempju ta’ nies li għaliex l-imġiba mgħoddija tagħhom fil-partit xellfet difrejha ma’ uħud min-nies fl-amministrazzjoni spiċċaw emarġinati u tkeċċew mill-partit.
Safrattant għadda ż-żmien u l-istess Mintoff u Abela ngħataw il-barka divina minn persuni għolja fl-amministrazzjoni tal-partit u saru ta’ ġewwa qisu qatt ma kien xejn.
Ma nikkundannax dan il-fatt. Anzi nqisu li hu pass pożittiv. Li nistkanta llum naqra jew nisma’ stmerrija sfaċċata lejn ċerti kontendituri li mill-ġdid qed joffru servizz lill-partit u magħhom hemm possibbiltà li jidħlu nies oħra li jidħlu lura nies li tbegħdu mill-partit.
Illum saħansitra għandna deputati Laburisti li kienu jiffurmaw parti mill-partit Nazzjonalista imma finalment wieżnu kollox u bl-ikbar determinazzjoni u lealtà qed jaħdmu fil-qalba tal-partit.
Kemm għandu raġun dak il-kontenditur għall-mexxej tal-partit li qed itenni li jrid jaħdem biex iġib mill-ġdid il-Partit Laburista bħala l-partit naturali tal-Maltin u l-Għawdxin u fi żmien ħames snin jagħmel ħiltu kollu biex il-partit għażiż tagħna jkun il-gvern naturali tal-Maltin u l-Għawdxin.
L-iktar importanti fil-ġimgħat tal-kampanja hu li nuru dixxiplina, tolleranza u rispett lejn kulmin qed joffri s-servizzi tiegħu fl-aħjar interessi tal-partit.
Għaliex kellna min kellu jgħaddi minn martirju sħiħ biex illum jinsab mal-ħames kontendituri? Għalfejn sab ma’ wiċċu dan is-saram kollu?
Ma nistax nifhem lanqas kif għax ittieħdet inizjattiva biex għall-ħatra ta’ mexxej jivvutaw ukoll it-tesserati qisu nkiser xi wieħed mill-10 kmandamenti ta’ Mosè u bdiet iddur l-istorja li George Abela ma jridx jilgħab il-logħba bir-regolamenti preżenti?
Din il-bużżieqa malajr infaqgħet għax Abela iddikjara pubblikament li se joħroġ għall-kariga ta’ mexxej, tgħaddi jew ma tgħaddix il-mozzjoni.
Bħala anzjan u meta nqis minn liema rwiefen għadda minnhom il-Partit Laburista fl-imgħoddi u baqa’ dejjem sod ma nafx għalfejn petizzjoni bħal din qed taqla’ dawn is-suspetti kollha.
Mhix bażi demokratika aħjar li l-mexxej ikun magħżul bil-vot tad-delegati u t-tesserati?
Semmejt lil Wenzu Mintoff u lil Toni Abela, li qed jimmilitaw b’tant saħħa fil-partit. Ċertament li deċiżjoni għaqlija mid-delegati tista’ twassal biex iktar nies jersqu lura lejn il-partit u fuq kollox tissimbolizza eżempju ċar ta’ ispirazzjoni għal dawk li ma ikkonvinċejnihomx jagħtuna l-vot fl-elezzjoni ta’ Marzu.

 

Intervista
Fiex jemmen il-Mexxej Laburista ġdid?

Julia Farrugia tintervista lil Michael Falzon



Il Punt
Ġgant ġentili
Toni Abela


Peppi Azzopardi
Reġistru għal dawk ħatja ta’ abbuż sesswali?



Emmanuel Micallef
Is-salib ta’ Dolores


Carmelo Mifsud Bonnici

Mhux sempliċi ċelebrazzjoni



X'kien Jgħid
Ix-Xellug



Wenzu Mintoff

Logħba ċess
Kif jgħid il-Malti li għandu ħabta jidħol bħal Pilatu fil-kredu, fl-aħħar mill-aħħar iż-żejt jitla’ f’wiċċ l-ilma. Ftit ftit hekk qed jagħmel, avolja l-prezz tiegħu sploda u ma jkunx jaqbel li nħalluh jixxerred ma’ l-ilma.


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan