Aħbarijiet | 04 ta’ Mejju 2008 Nr 79
Evarist Bartolo
www.evaristbartolo.com
Nies bħad-delegati u l-membri tagħna huma l-aqwa ġid li għandna fil-Partit Laburista.
Bħala mexxej nibni fuq it-tajjeb li għandna fil-partit u flimkien mad-delegati u l-membri nirranġaw dak li għandna bżonn nirranġaw fil-partit bla ma npaxxu lill-PN li jridna mifrudin u dgħajfa. Matul is-snin ilhom jagħtu sehimhom b’ħafna sagrifiċċji u dedikazzjoni billi jaħdmu minn qalbhom u b’mod volontarju biex iservu lill-partit.
Irrid niltaqa’ regolarment mal-membri u mad-delegati tal-Partit Laburista kulfejn jinsabu f’Malta u f’Għawdex. Irrid nitkellem ma’ kull persuna li għal xi raġuni jew oħra m’għadhiex tivvotalna biex nifhimha, ngħinha u nġibha lura fostna.
Bħala mexxej nara li l-membri u d-delegati tagħna jkollhom sehem sħiħ fit-tfassil tal-politika tagħna u mhux infittxuhom biss biex jiġbru l-flus u biex jagħmlu dak li hemm bżonn. Nara li nikkonsultawhom bis-serjetà u napprezzaw u nużaw bl-aħjar mod it-talenti u l-ħiliet tagħhom.
Nilqgħu b’dirgħajna miftuħa n-nies ta’ talent u ħila li jridu jersqu lejn il-partit u jagħtu sehimhom.
Irrid naħdem ukoll biex ninbidlu b’mod li iżjed nies jersqu lejna għax jafdawna li nistgħu ntejbulhom ħajjithom. Flimkien ma’ sħabi nfassal u nwettaq pjan ta’ ħidma biex bl-aħjar mod nolqtu lill-adoloxxenti u liż-żgħażagħ. Għandna nkunu l-partit tan-nanniet u tal-ġenituri, iżda rridu nkunu wkoll il-partit ta’ l-ulied.
Jien wieħed minnkom. Bħala raġel tal-familja jinteressani minn dak li int u l-familja tiegħek tgħaddu minnu fil-ħajja ta’ kuljum. Fostkom hemm min bata diskriminazzjoni u inġustizzji sempliċiment għax jemmen, jappoġġa u jaħdem għall-Partit Laburista jew int ma’ partit ieħor iżda m’għandekx il-kuntatti meħtieġa biex tieħu dak li ħaqqek. Se ssibni kulmeta għandek bżonni u nagħmel mill-aħjar li nista’ biex ngħinek.
F’Parlament fejn il-PN għandu biss nofs siġġu iżjed minna rridu nħaddmu moħħna u naħdmu b’mod sod fil-Parlament u barra minnu biex malajr kemm jista’ jkun inkunu fil-Gvern. |
|
Julia Farrugia tintervista lil Michael Falzon
Editorijal

Il Punt
Toni Abela
Peppi Azzopardi

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|