MediaToday

Aħbarijiet | 27 ta’ April 2008 Nr 78

Mediċina għall-kura tal-kanċer tas-sider bi prezz ogħla f’Malta

Sabrina Agius

M’hemmx sitwazzjoni agħar milli tkun taf li teżisti mediċina li tista’ ssalvalek ħajtek imma tant hi għalja li biex tixtriha jkollok tbigħ darek.
Din hi r-realtà li qed jiffaċċaw xi pazjenti nisa li jbatu minn tip ta’ kanċer tas-sider u li għandhom bżonn il-mediċina Herceptin, li sa llum mhix fuq ir-reġistru tal-mediċini b’xejn tad-Dipartiment tas-Saħħa.
Kors sħiħ tal-mediċina jista’ jiswa lill-pazjenta madwar €45,000 f’sena.
Iżda biex tkompli żżid il-melħ fil-ferita, il-prezz tal-Herceptin f’Malta hu kważi d-doppju tal-prezz f’pajjiżi oħra fl-Ewropa u fl-Amerika ta’ Fuq.
Stħarriġ ta’ Illum wera kif fl-Ingilterrra 150mg ta’ Herceptin tiswa bejn €594 u €622, bl-istess doża f’Malta tqum mhux inqas minn €908.
L-unika pajjiż fejn id-doża hi iktar għolja minn Malta hu n-Norveġja fejn tiswa’ €927.09.
Fil-Belġju l-Herceptin tiswa’ €613 waqt li fl-Amerka ta’ Fuq tiswa mhux aktar minn €645.

Il-Herceptin hi l-unika rimedju ta’ fejqan għall-kanċer tas-sider tat-tip HER2 (Human Epidermal growth factor Receptor-2).
Fi Frar li għadda pazjenta li qed tieħu t-trattament kienet qalet lil din il-gazzetta li t-trattament tagħha kien se jiswa’ madwar €45,400 fuq sena sħiħa.
“Dan il-prezz eċċessiv tal-Herceptin qed iwassal biex ċerti familji jbigħu djarhom u jissellfu l-flus biex jixtruha. Għadha mhux fuq
il-formolarju biex tibda tingħata b’xejn,” kienet qalet Therese.
Madankollu waqt
il-programm Xarabank qabel l-elezzjoni l-Prim Ministru Lawrence Gonzi qal li ma kienx jaf li saru diversi talbiet anki minn tobba biex il-Herceptin tibda tingħata b’xejn.
Jidher li dan ma kienx il-każ għax skond diversi persuni fil-professjoni medika t-talba biex il-Herceptin titqiegħed fil-formularju tal-Gvern saret kemm-il darba.
Mistoqsi x’se jiġri minn issa ’l quddiem, rappreżentant mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru qalilna li “il-Gvern huwa kommess li jifrex u jespandi l-formularju tal-medicini b’mod speċjali anki fil-qasam tal-kura tal-kanċer. It-talba li saret biex jiddaħħal
il-Herceptin fuq il-formularju ġiet evalwata. Il-Herceptin hi waħda mill-mediċini li qiegħda tkun ikkunsidrata biex tingħata fuq il-formularju fil-mument li din l-espansjoni tibda sseħħ.”
Intant, din il-Ġimgħa waqt il-programm Reporter,
is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Joe Cassar ma ikkommettiex ruħu meta se tiddaħħal fil-formolarju
tal-mediċini l-Herceptin imma sostna li “qed tiġi ikkunsidrata b’mod favorevoli biex nużawha” fit-trattament
tal-kanċer tas-sider.
Din il gazzetta staqsiet ukoll id-Divizjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni jekk il-prezz tal-Herceptin qatt kienx investigat u jekk le, jekk hemmx ħsieb li jiġi.
“Il-prezz tal-Herceptin se jiġi investigat fil-ġranet li ġejjin. L-‘Operations Directorate’ fi ħdan id-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni għadha kif spiċċat l-investigazzjoni dwar il-prezzijiet tal-mediċini li jinsabu fuq il-lista ta’ mediċini approvati mill-Medicines Authority u li jinstabu
għall-bejgħ fl-ispiżeriji.
“Issa se jibdew l-investigazzjonijiet dwar dawk il-mediċini li ġew approvati ċentralment
mill-Unjoni Ewropea, fosthom il-Herceptin, li huma disponibbli fl-ispiżeriji lokalment.”
Illum ppruvat tkellem lil Cherubino Limited, l-uniku importatur ta’ din il-mediċina, iżda t-tentattivi sfaw fix-xejn.
Il-mistoqsijiet mibgħuta lid-Direttur Maniġerjali ta’ Cherubino staqsew dwar il-prezz għoli tal-Herceptin f’Malta meta mqabbel ma’ pajjiżi oħra u minn fejn hi impurtata l-mediċina f’Malta.
Sakemm morna
għall-Istampa din il-gazzetta ma rċeviet l-ebda tweġiba mill-aġent Malti.

 

Intervista
Fiex jemmen il-Mexxej Laburista ġdid?

Julia Farrugia tintervista lil Evarist Bartolo



Il Punt
Tort tal-għalliema!
Saviour Sammut


Toni u Peppi
Reġistru għal dawk ħatja ta’ abbuż sesswali?



Emmanuel Micallef
Il-Patt tal-Gvernatur


Carmelo Mifsud Bonnici

Mugabata



X'kien Jgħid
Lorenzo jqassam il-permessi!



Wenzu Mintoff

Diskors mit-tron
Issa qed toqrob kulma jmur il-ġurnata li fiha il-Parlament li ġie elett fit-8 ta’ Marzu li għadda jitlaqqa’ għall-ewwel darba biċ-ċerimonji kollha li jmorru ma’ l-okkażjoni.

 


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan