Aħbarijiet | 27 ta’ April 2008 Nr 78
B’kollox kien hemm 14-il lokalità li possibilment setgħu kienu affettwati bil-każ ta’ tbagħbis fiċ-ċilindri tal-gass li ħareġ fil-beraħ bħal bieraħ ġimgħa, fost dawn partijiet minn Birkirkara u l-Imdina.
Is-Sibt 18 ta’ April żewġ persuni, distributur tal-gass u l-assistent tiegħu, tressqu b’urġenza l-Qorti wara li nstab li f’maħżen fl-inħawi ta’ San Anard f’Ħaż-Żabbar kienu allegatament qed iwettqu attività illegali li matulha jisirqu gass minn ċilindri qabel dawn jitqassmu lill-konsumatur.
Fil-proċess, il-ħaddiema kienu allegatament, jiksru s-siġill taċ-ċilindri, ibattlu ammont sostanzjali ta’ gass minnhom u jimlew ċilindri oħra vojta li wara jinbiegħu lill-konsumatur b’użin anqas milli suppost. Tul il-proċess dawn iż-żewġt irġiel kienu jerġgħu jagħmlu siġilli ġodda maċ-ċilindri tal-gass biex taparsi jkunu għadhom fl-istat oriġinali li ħarġu mill-Korporazzjoni Enemalta.
Illum tista’ tikkonferma li d-distributur involut f’dan il-każ kien awtorizzat iqassam ċilindri tal-gass fl-inħawi tal-Qattus f’Birkirkara, Tas-Salib, il-Kunċizzjoni, Ta’ Qali, il-Manikata, id-Dwejra Malta, l-Imtarfa, il-Baħrija, Ta’ Paris, Għajn Tuffieħa, l-Imdina, l-Imtaħleb, il-Wardija u ż-Żebbiegħ.
L-Enemalta ikkonfermat ma’ din il-gazzetta li d-distributur ġie sospiż u minflok id-distribuzzjoni fil-lokalitajiet imsemmija se jsiru minn distributuri oħra. |
|
Julia Farrugia tintervista lil Evarist Bartolo
Editorijal

Il Punt
Saviour Sammut

Toni u Peppi

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|