Aħbarijiet | 27 ta’ April 2008 Nr 78 L-Eżekuttiv li ddeċieda favur elezzjoni bikrija “Minix lest nidħol fi sqaq” – Alfred Sant lill-Eżekuttiv f’Lulju 1998 wara li l-Perit Mintoff kien ivvota kontra l-proġett tal-Kottonera Kurt Sansone B’vot unanimu l-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista, f’Lulju ta’ l-1998, mhux biss approva imma wkoll issekonda mozzjoni mressqa minn Alfred Sant biex l-elezzjoni ġenerali tissejjaħ qabel żmienha. Il-laqgħa ta’ l-Eżekuttiv saret biex tiddiskuti l-proposta ta’ Sant ħalli l-għada stess issir Konferenza Ġenerali Straordinarja li fiha d-delegati jintalbu jivvutaw fuq mozzjoni li kienet titlob biex l-elezzjoni ġenerali tissejjaħ “fl-iqsar żmien li jkun politikament u materjalment possibbli.” Transkrizzjoni tal-Minuti tal-laqgħa ta’ l-Eżekuttiv Nazzjonali tal-MLP li ddeċidiet dwar elezzjoni bikrija 8 ta’ Lulju 1998 Id-disa’ laqgħa ta’ l-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista għas-sena 1998 li saret l-Erbgħa 8 ta’ Lulju 1998 fit-3.00pm fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Hamrun. ATTENDENZA PREŻENTI: Alfred Sant, George Vella, George Abela, Mario Vella, Manuel Cuschieri, Jimmy Magro, Tommy Dimech, Raymond Azzopardi, Michael Falzon, Alfred Grixti, Joe Mizzi, Salvu Seychell, Keith Grech, Annetto Farrugia, Godfrey Testa, Richard Dimech, Carmelo Abela, Anthony Azzopardi, Glenn Bedingfield, Carmelo Borg, Joyce Borg, Saviour Borg, Louis Buhagiar, Margaret Camilleri, Chris Cardona, David Caruana, Lawrence Caruana, Joe Cassar, Denis Cauchi, Michael Cohen, M’Louise Coleiro, Miriam Dalli, Joe Debono Grech, Joe Fsadni, Louis Gatt, Daniel Gauci, Charles Grima Charles Mahoney, Josephine Mahoney, George Marshall, Effie Mifsud, Joe Mifsud, Ant. Muscat, Joseph Muscat, Alex Sciberras Trigona, Raymond Schembri, [Salvu Sant – l-isem hu maqtugħ] Raymond Tabone, Alfred Vella, Mario Vella. SKUŻATI: Raymond Balzan, Vince Bond, Michael Buttigieg, Edward Decelis, Joe Falzon, Godfrey Xuereb GRUPP PARLAMENTARI PREŻENTI: Joe Abela, Chris Agius, John Attard Montalto, Evarist Bartolo, Leo Brincat, Charles Buhagiar, Maria Camilleri, Karl Chircop, Joe Cilia, Helena Dalli, Angelo Farrugia, Joseph Farrugia, Michael Farrugia, Noel Farrugia, Edwin Grech, Gavin Gulia, Jose Herrera, Charles Mangion, Bertu Pace, Alfred Portelli, Anton Refalo, Sandro Schembri, Karmenu PARLAMENTARI SKUŻATI: Adrian Vassallo KANDIDAT PREŻENTI: Lawrence Ancillieri, Philip Borg, Carmelo Brincat, Teddie Busuttil, John Buttigieg, Maria Stella Buttigieg, Narcy Calamatta, Charles Cassar, Joseph Cassar Delia, Joe Chetcuti, Chris Cilia, Frankie Cremona, Joseph Cuschieri, John Dalli, Martin Debono, Massimo Ellul, Ancel Farrugia, Manuel Farrugia, Rita Law, Alfred Micallef, Carlo Micallef, Adrian Mifsud, Lawrence A. Mintoff, Stephen Perici, Joseph M. Mifsud, Joe Sammut, Mark Sammut, Salvu Sant, Rosario Zammit. AGENDA 1) Qari tal-minuti 2) Sitwazzjoni Politika Il-Mexxej tal-Partit Dr Alfred Sant qal li din il-laqgħa ġiet imsejjħa ħalli flimkien naraw x’passi nistgħu nieħdu minn issa l-quddiem, wara li l-Perit Dom Mintoff, għal darba oħra, reġa’ vvota kontra l-Gvern u b’hekk ir-riżoluzzjoni għall-iżvilupp tax-Xatt tal-Kottonera ma ġietx approvata mill-Parlament. Għalhekk il-Mexxej propona li għada l-Ħamis 9 ta’ Lulju 1998 tissejjaħ Konferenza Ġenerali Straordinarja sabiex tiddiskuti proposta tiegħu “li għandha tissejjaħ Elezzjoni Ġenerali. Dr Alfred Sant talab li waqt li tkun qegħda tiġi diskussa din il-proposta tiegħu huwa jkun jista’ jħalli is-sala. Dan sabiex l-Eżekuttiv Nazzjonali jkun jista’ jiddiskuti din il-proposta bil-libertà kollha. Eżekuttiv Nazzjonali talab lill-Mexxej sabiex jibqa’ fis-sala iżda huwa nsista li għandu joħroġ waqt din id-diskussjoni. Fil-bidu ta’ din id-diskussjoni, id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit, Dr George Abela, staqsa jekk il-proposta tal-Mexxej “li għandha tissejjaħ Elezzjoni Ġenerali” hix taħt forma ta’ mistoqsija. Il-President Dr Mario Vella qal li jkun aħjar jekk ikolna it-text sħiħ tal-mozzjoni tal-mexxej. Il-mozzjoni sħiħa kif proposta mill-Mexxej tal-Partit Dr Alfred Sant hija kif tidher hawn taħt: “illi din il-Konferenza Ġenerali Straordinarja wara li kkunsidrat il-ġrajjiet li seħħew fil-Parlament matul id-dibattitu dwar il-mozzjoni għall-għoti ta’ art għall-bini ta’ ‘yacht’ marina fil-Birgu, liema dibattitu ġie dikjarat bħala mozzjoni ta’ fiduċja fil-Gvern Laburista; waqt li tikkundanna bla riserva l-aġir tad-deputat il-Perit Dom Mintoff li vvota kontra din il-mozzjoni wara li qal li kien se jastjeni, u b’hekk il-mozzjoni ma għaddietx; Dr George Abela qal li kemm fl-Amministrazzjoni kif ukoll fl-Eżekuttiv Nazzjonali dejjem insistejna li l-Prim Ministru għandu jisma’ lill-Eżekuttiv u lill-Partit iżda mhux li l-Partit jidditta lill-Mexxej dwar jekk tissejjaħx Elezzjoni Ġenerali għax din għandha tibqa’ prerogattiva tal-Prim Ministru. Dr George Vella fakkar li l-kabinett kollu ddeċieda li huwa wara l-Prim Ministru u li jekk Dr Sant jirriżenja huma kollha jirriżenjaw. Matul din id-diskussjoni tkellmu ukoll: Maria Camilleri, Manuel Cuschieri, Salvu Seychell, Anglu Farrugia, Joe Muscat, John Dalli, Salvu Sant, Freddie Micallef, Ch. Cassar, John Buttigieg, Michael Cohen, Mario Vella, Rita Law, Louis Gatt, Ch. Mangion, John Attard Montalto, Michael Falzon, Carmelo Borg, Joe Debono Grech, Louis Buhagiar u Jimmy Magro. Wara li d-diskussjoni ġiet fi tmiem tagħha l-President reġa’ qara l-mozzjoni kif proposta mill-Mexxej u ġabha għall-vot. Din il-mozzjoni għaddiet b’vot unanimu minn dawk preżenti. Fil-fatt ħadd ma astjena jew ivvota kontra. Wara l-votazzjoni Joe Muscat propona li din il-mozzjoni tkun sekondata mill-Eżekuttiv Nazzjonali. Dr George Abela qabel ma’ din il-proposta iżda qal li għandna nuru b’dan lill-Mexxej ħalli naraw jekk jaqbilx. Il-Mexxej ġie magħarraf li d-diskussjoni kienet intemmet u x’ħin daħal lura fis-sala ġie milqugħ biċ-ċapċip mill-membri preżenti ta’ dan l-Eżekuttiv. Id-Deputat Mexxej Dr George Abela informah bir-riżultat tal-votazzjoni li kellna. Il-Mexxej qal li ma jsibx oġġezzjoni li l-mozzjoni tiegħu tkun sekondata mill-Eżekuttiv Nazzjonali. Huwa irringrazzja lill-membri ta’ l-eżekuttiv għall-appoġġ tagħhom. Il-President għalaq din il-laqgħa.
|
Intervista
|
|
Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan