MediaToday

Pjazzetta | 27 ta’ April 2008 Nr 78

Nisħet lilkom u lil missierkom

Medea hu d-disa’ proġett tal-grupp teatrali Dù, xogħol addattat mit-traġedja klassika Griega ta’ Ewripide, bi traduzzjoni ta’ Prof. Oliver Friggieri.
Ix-xogħol kien addattat għall-grupp għal fatt li magħmul minn nisa biss. Din id-darba l-membri ħadmu ma’ Dominic Dimech minħabba s-setgħa li għandu l-irwol ta’ Ġjażun fid-dramm kif ukoll biex tkun enfasizzata s-soċjetà maskili li Medea trawmet fiha.
Medea tasal iċċappas idejha, anke jekk tweġġa’ lilha nnifisha, għax żewġha jiżżewweġ bint Kreon biex jilħaq saff ieħor iktar importanti fis-soċjetà, soċjetà maskili li kienet taċċetta din l-imġiba u li ma għenet xejn lil Medea biex toħroġ mill-inkwiet li żewġha stess daħħalha fih.
L-istorja ta’ Medea tmiss ma’ l-akbar dellijiet u ħsibijiet oskuri tal-bniedem. Minkejja li nkitbet sekli ilu tmiss ma’ temi universali – għira, passjoni, mibegħda, vendetta u qtil – u dan jagħmilha valida għaż-żminijiet ta’ llum għax min ma weġġax minħabba relazzjoni u mġiba egoista?
“Żgur li għandha realtà għal uħud minn nisa li għadhom jgħixu taħt dominanza ta’ l-irġiel għalkemm naqset ħafna. Għalkemm ix-xogħol inkiteb snin ilu u l-kultura Griega kienet ħafna aktar ħarxa mal-mara u tittrattaha inqas mill-bhejjem, bħalissa xorta għad hemm familji u kulturi li għadhom isofru din id-dominanza minkejja li qed ngħixu fl-2008.
“Imbagħad għandek l-emozzjonijiet li huma l-istess. It-tradiment xorta għadu jweġġa’. Anzi issa sirna li mara ma taċċettax tradiment għax qabel tort tas-soċjetà kienet taċċettaha. Kważi kważi Medea iktar hi mara ta’ l-2008 għax fi żmienha ma aċċettatx dak li l-bqija tas-soċjetà kienet tqis normali,” qalet Kristjana Casha (Gail/Ġiżimina f’Gizelle), li ilha tagħmel parti mid-Dù għal dawn l-aħħar tliet snin.
Casha żżid tgħid għaliex il-grupp għażel Medea minkejja li ħafna nies jistgħu jqisu dramm Grieg bħala melodrammatiku jew tedjanti.
“Hu veru li meta nkitbu d-drammi Griegi nkitbu b’mod melodrammatiku, iżda trid tqis li l-udjenza dak iż-żmien kienet differenti. Aħna żammejna f’moħħna li l-udjenza ta’ llum inbidlet u trid tolqtilha s-sensi kollha tagħha, mhux bħalma kienet qabel, tintrabat mas-smigħ biss.
“Min ġieli ra xogħolna mhemmx bżonn nikkonvinċuh li dan mhux se jkun xogħol melodrammatiku iżda wieħed interessanti, dinamiku u differenti mis-soltu.”
L-atturi li se jieħdu sehem huma Simone Spiteri, Franica Pulis, Kristjana Casha, Magda van Kuilenburg u Victoria Vella bil-kollaborazzjoni ta’ Dominic Dimech fil-parti ta’ Ġjażun. L-atturi jkunu akkumpanjati minn mużiċisti u kantanti li jdoqqu live dakinhar b’direzzjoni u kompożizzjoni oriġinali ta’ Tim Ellis. Ellis (End of John) idoqq il-pjanu u jkanta flimkien ma’ Gilbert Micallef (Stilair) u Antoine Zammit. Magħhom fuq il-vjolin hemm Chris Cini (vjolin). L-irtokk se jkun f’idejn Adalia Bonanno.
Medea tittella’ nhar mit-2, 3 u 4 ta’ Mejju fit-Teatru MITP fil-bini ta’ l-Università l-Antika, fi Triq San Kristofru, il-Belt fit-8pm. Il-biljetti jinxtraw mill-Kavallier ta’ San Ġakbu fuq 21223216, 21223200 jew boxoffice@sjcav.org għal prezz ta’ €10. Fl-ewwel lejl il-biljetti jinbiegħu €8 għall-istudenti.

Intervista
Fiex jemmen il-Mexxej Laburista ġdid?

Julia Farrugia tintervista lil Evarist Bartolo



Il Punt
Tort tal-għalliema!
Saviour Sammut


Toni u Peppi
Reġistru għal dawk ħatja ta’ abbuż sesswali?



Emmanuel Micallef
Il-Patt tal-Gvernatur


Carmelo Mifsud Bonnici

Mugabata



X'kien Jgħid
Lorenzo jqassam il-permessi!



Wenzu Mintoff

Diskors mit-tron
Issa qed toqrob kulma jmur il-ġurnata li fiha il-Parlament li ġie elett fit-8 ta’ Marzu li għadda jitlaqqa’ għall-ewwel darba biċ-ċerimonji kollha li jmorru ma’ l-okkażjoni.

 


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan