MediaToday

Carmelo Mifsud Bonnici | 27 ta’ April 2008 Nr 78

Mugabata

Tant ilna nisimgħu dwar dak li qed jiġri ġewwa l-pajjiż Afrikan taż-Żimbabwe li ħafna minna tilfu l-interess dirett. Il-verità hi li dawk li għaddew minn esperjenza simili diġà waslu għall-konklużjoni li hemm bżonn bidla. Bidla għax ma għandux ikun li poplu bħal dak jibqa’ wieħed li ma jistax jgħix fid-dinjità li tixraqlu. Ngħid dan għax ma għandux jiġi aktar aċċettat li wara tliet ġimgħat ir-riżultat elettorali jibqa’ ma jinħariġx. M’għandniex nippermettu li jiġru ħwejjeġ simili mingħajr ma nirreaġixxu, inkella nsiru parti minnhom.
Diġà jidher ċar li Robert Mugabe tilef l-elezzjoni Presidenzjali għax fir-riżultat Parlamentari juri li l-Moviment għall-Bidla Demokratika (Movement for Democratic Change) diġà irreġistra rebħa ta’ 109 siġġu għall-kuntrarju tas-97 siġġu taż-ZANU-PF ta’ Mugabe. Flok qed jammetti u jaċċetta tali sitwazzjoni popolari qiegħed itawwal kemm jista’.
Naturalment hu ċar li l-partit fil-poter qiegħed jagħmel minn kollox biex jibqa’ hemm. Kif ukoll mhemmx dubju li l-affarijiet huma aktar gravi għax saru diversi manuvri elettorali biex jinxeħtu voti li ma kellux jieħu. Imma minkejja dan kollu xorta waħda l-poplu ivvota biex Mugabe jitlaq.
Imma f’din l-atmosfera fejn il-pajjiż sejjer lura bħal granċ bis-sekondi fil-kampi kollha hemm bżonn reazzjoni. L-ekonomija m’għadhiex taħdem u l-poplu wasal fl-għatba tal-faqar għax m’għad hemm xejn jiffunzjona. L-istituzzjonijiet ta’ dik li kienet id-demokrazija f’dak il-pajjiż spiċċaw kważi totalment.
Dan ifisser li l-ftit biċċiet ta’ libertà u ġustizzja m’għadhomx għad-disposizzjoni tagħhom. Dan hu ta’ nkwiet mhux biss għalihom iżda għad-dinja demokratika. L-inkwiet f’dan il-pajjiż iwassal għal iktar instabbiltà fir-reġjun kollu. Jekk pajjiż f’dak il-kontinent ma jimxix ’il quddiem jixħet lura lil kulħadd.
Naħseb li wasal dejjem iktar iż-żmien li naħdmu bħala komunità internazzjonali biex inkabbru d-demokrazija u ma nħalluhiex tintilef. L-effetti ta’ demokraziji fuq l-istat tad-dinja fl-aspett ekonomiku u soċjali hu tant pożittiv li hu fl-interess tagħna lkoll li d-demokrazija tibqa’ tiġi sostnuta. Nibqgħu nemmnu li d-demokrazija hi l-aħjar forma umana ta’ kif tmexxi pajjiż. Għalhekk, għalkemm nafu li hemm forom differenti tagħha, però għandna, l-ewwel, nieħdu ħsieb li kull waħda tikber u tissoda, u t-tieni, li niddefendu lil dawk li qegħdin fil-pożizzjoni li jitilfuha. F’diversi mumenti, bħala avukat, kont bnejt l-opinjoni li hemm bżonn li jkun hemm ukoll “delitt” speċjali fid-dritt penali internazzjonali għal min jipprova, jew agħar, jirnexxilu jibdel demokrazija f’dittatura.
Il-kwistjoni ta’ dan il-poplu Afrikan m’għandniex ninsewha jew ninjorawha. Anzi, għandna ningħaqdu ma’ popli oħra biex nuru t-tħassib tagħna. Artikli fil-gazzetti lokali tagħna u diskussjonijiet mill-mezzi tax-xandir żgur li ma jagħmlux ħsara. Forsi ta’ min jipprospetta dokumentarji lokali iktar dettaljati u li jispjegaw il-fatti lin-nies ta’ dawn il-gżejjer. Ix-xandir hu mezz ta’ informazzjoni, formazzjoni u edukazzjoni u b’dokumentarji ta’ dawn it-tipi jikber iktar il-livell.
Robert Mugabe għandu jifhem li m’għandux ikompli jwebbes rasu, anzi għandu jċedi għal proċess demokratiku. Il-vuċi tal-persważjoni hi verament importanti li tiġi trasmessa lilu minna lkoll.
Għandu għażla quddiemu – jew li jċedi għar-raġuni, inkella li jkompli jsostni lejn id-dittatorjat li qabad it-triq tiegħu. Għandu jagħżel imurx għas-sewwa jew jagħmel “mugabata” – waħda li żgur tissiġillah fost il-persuni li sabu ruħhom fit-tribunal internazzjonali għad-delitti li jitwettqu kontra l-umanità.

 

Intervista
Fiex jemmen il-Mexxej Laburista ġdid?

Julia Farrugia tintervista lil Evarist Bartolo



Il Punt
Tort tal-għalliema!
Saviour Sammut


Toni u Peppi
Reġistru għal dawk ħatja ta’ abbuż sesswali?



Emmanuel Micallef
Il-Patt tal-Gvernatur


Carmelo Mifsud Bonnici

Mugabata



X'kien Jgħid
Lorenzo jqassam il-permessi!



Wenzu Mintoff

Diskors mit-tron
Issa qed toqrob kulma jmur il-ġurnata li fiha il-Parlament li ġie elett fit-8 ta’ Marzu li għadda jitlaqqa’ għall-ewwel darba biċ-ċerimonji kollha li jmorru ma’ l-okkażjoni.

 


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan