Ittri | 27 ta’ April 2008 Nr 78
Minn Salvu Debono,
Ħal Kirkop
Hu ta’ tħassib kif l-istess għassiesa tal-kliem Malti skartaw l-ewwel isem tagħhom li kien Ix-Xirka tal-Malti, biex saru l-Għaqda tal-Malti mbagħad bdew jissejħu bil-kelma barranija Kunsill tal-Malti. Għalfejn?
Fl-aħbarijiet dan l-aħħar rajna t-tħassib minn wieħed Parlamentari Franċiż dwar l-Ingliż fil-kanzunetta tagħhom.
Lanqas hu ta’ ġieh li filwaqt li tkabbar in-numru ta’ kliem
fil-Malti, tħalli, twarrab, tbarri lsien pajjiżek għall-barrani.
Jeżistu bosta eżempji ta’ kliem Malti li ġew skartati u mwarrba biex bla skruplu ta’ xejn jintużaw fuq il-media jew xandir kliem bħal ‘xelta’ minflok ‘għażla’, ‘riskju’ minflok ‘sogru’, ‘skada’ minflok ‘sar il-ħin’ jew ‘qdiem’, ‘tappa’ minflok ‘waqfa’, ‘frontali’ minflok ‘faċċata ta’ xulxin’ jew ‘ras ma’ ras’, ‘serata’ minflok ‘lejla’, ‘parents’ minflok ‘ġenituri’, ‘bye’ minflok ‘saħħa’, ‘puppies’ minflok ‘ġriewi’ jew ‘frieħ’ jew ‘żrameċ’, ‘pregnant’ minflok ‘ħobla’, ‘breastfeeding’ minflok ‘tredda’, ‘chest’ minflok ‘sider’, ‘breast’ minflok ‘żejża’, ‘utru’ minflok ‘ġuf’, ‘baby’ minflok ‘tarbija’.
In-numri bil-Malti wkoll ġew skartati u minflok saru jingħaddu bl-Ingliż.
Stramba wkoll fostna l-Maltin li xi ismijiet ta’ partijiet tat-tnissil tar-raġel, sakemm tgħidhom bl-Ingliż jew it-Taljan, huma aċċettati minn kulħadd, iżda
bil-Malti le.
Imbagħad ħadd ma ipprotesta ma’ ħadd meta Dipartiment
tax-Xogħlijiet tal-Gvern bena dak il-menħir ta’ tmien piedi f’salib it-toroq f’Ħal Luqa. Għaliex se tibqgħu żżommu l-Maltin daqshekk strambi?
Każ stramb ieħor fil-qari
tal-‘GĦ’ hu Għargħur u issa saru jaqrawha ‘Gargur’.
Inħeġġeġ lill-mexxejja tal-Għaqda għall-Ħarsien tal-Malti biex ix-xândara wara li jkunu mħarrġa tajjeb fil-Malti jkunu jistgħu jwettqu xogħolhom skond il-linji mfassla minn qabel.
Fuq kollox il-Malti issa suppost sar l-ilsien ewlieni għall-Maltin fl-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant għax mhux kull Malti hu kburi b’ilsienna?
Maltija kienet l-ewwel kelma.
|
|
Julia Farrugia tintervista lil Evarist Bartolo
Editorijal

Il Punt
Saviour Sammut

Toni u Peppi

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|