MediaToday

Ittri | 27 ta’ April 2008 Nr 78

Dell fuq l-intenzjonijiet tiegħi

Minn Dominic Fenech,
San Ġiljan

Nirreferi għall-artiklu li deher fil-ħarġa tal-Ħadd li għadda taħt l-isem “TVM f’manuvra biex jaqta’ saqajn Muscat.”
F’dan l-artiklu Kurt Sansone ikkwotani ngħid li fil-fehma tiegħi l-Bord Editorjali tal-PBS m’għandux għalfejn jinvestiga l-operat tal-Kamra ta’ l-Aħbarijiet fejn jidħol ir-rappurtaġġ ta’ l-aħbar in kwistjoni, u li jiena noqgħod fuq il-kelma tan-news editor meta dan jgħid li s-sorsi tiegħu huma ta’ min jorbot fuqhom. Dan kollu minnu.
Iżda noġġezzjona għall-insinwazzjoni li hemm iżjed tard fl-artiklu li l-pożizzjoni tiegħi hi b’xi mod jew ieħor marbuta mal-fatt li nippreferi lil George Abela bħala Mexxej tal-Partit Laburista.
Meta ċempilli, Sansone ċċarali li qed ikellimni bħala membru tal-Bord Editorjali. Ladarba jien ma qgħadtx indurlu mal-lewża kont nippretendi li kliemi ma jitqiegħedtx b’mod li jixħet dell fuq l-intenzjonijiet tiegħi. Jew għallinqas, jekk kellu xi suspett minn dan, missu kkonfrontani bih.

 

Intervista
Fiex jemmen il-Mexxej Laburista ġdid?

Julia Farrugia tintervista lil Evarist Bartolo



Il Punt
Tort tal-għalliema!
Saviour Sammut


Toni u Peppi
Reġistru għal dawk ħatja ta’ abbuż sesswali?



Emmanuel Micallef
Il-Patt tal-Gvernatur


Carmelo Mifsud Bonnici

Mugabata



X'kien Jgħid
Lorenzo jqassam il-permessi!



Wenzu Mintoff

Diskors mit-tron
Issa qed toqrob kulma jmur il-ġurnata li fiha il-Parlament li ġie elett fit-8 ta’ Marzu li għadda jitlaqqa’ għall-ewwel darba biċ-ċerimonji kollha li jmorru ma’ l-okkażjoni.

 


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan