MediaToday

Aħbarijiet | 20 ta’ April 2008 Nr 77

L-ikel m’ogħla s-smewwiet

Kurt Sansone
ksansone@mediatoday.com.mt

Jekk il-baġit tiegħek għall-ħajja ta’ kuljum mhux qed iservik daqskemm kien sena ilu ma jfissirx li sirt iktar ħali.
Ċifri ippubblikati din il-ġimgħa mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika jikkonfermaw li kien hemm qabża kbira ’l fuq fil-prezzijiet ta’ l-ikel f’Marzu meta mqabbel ma’ l-istess xahar sena ilu.
Il-kejl uffiċjali juri kif f’Marzu l-prezzijiet ta’ l-ikel u xorb mhux alkoħoliku żdiedu b’iktar minn disgħa fil-mija meta mqabbla mal-prezzijiet f’Marzu ta’ l-2007.
Dan seħħ minkejja l-arranġament li sar bejn il-Gvern u l-importaturi biex il-prezzijiet ta’ firxa wiesa’ ta’ prodotti jkunu iffriżati sa l-aħħar ta’ Marzu.
L-iktar żidiet evidenti huma fil-prezzijiet tal-għaġin u prodotti oħra maħdumin bid-dqiq bħall-gallettini, il-ħalib u prodotti magħmulin minnu bħall-ġobon u l-laħam li ntlaqat miż-żidiet fil-prezz tal-ġwież għall-annimali.
L-inkwiet dwar il-prezzijiet ta’ l-ikel hu marbut ma’ żewġ fatturi internazzjonali. Il-prezz taċ-ċereali u l-qmuħ li qed ikompli jisplodi ’l fuq b’impatt negattiv fuq ħafna prodotti bażiċi. Imma hemm ukoll il-prezz taż-żejt li qed ikompli jiżdied bil-konsegwenza li t-trasport madwar id-dinja qed ikun iktar għali.
Iċ-ċifri għax-xahar ta’ Marzu juru wkoll li kien hemm ukoll żieda kbira fis-settur edukattiv li ra l-prezzijiet jitilgħu b’iktar minn sitta fil-mija fuq sena ilu.
Qabża oħra sostanzjali kienet dik fil-qasam tar-ristoranti u l-lukandi b’żieda ta’ kważi tmienja fil-mija fuq medda ta’ sena.
F’Marzu l-inflazzjoni żdiedet b’4.3 fil-mija meta mqabbla ma’ l-istess xahar sena ilu. Il-kejl ta’ inflazzjoni li jintuża fuq livell Ewropew, dak maħdum fuq medja ta’ 12-il xahar, juri li f’Marzu leħqet 1.5 fil-mija, l-ogħla f’dawn l-aħħar 10 xhur.
L-inflazzjoni ilha tiżdied xahar wara l-ieħor minn Ottubru li għadda meta bdew jinħassu l-ewwel xokkijiet fl-ikel minħabba l-għoli fil-prezzijiet taċ-ċereali u l-qmuħ.
Ottubru kien l-istess żmien li l-Malta Dairy Products ħabbret żidied fil-prezz tal-ħalib frisk, l-irkotta u xi prodotti oħra tagħha li ħallew ukoll impatt fuq affarijiet maħduma bħall-pastizzi.
Din il-ġimgħa l-GRTU qalet li l-burdnara daħħlu tariffa ta’ sitta fil-mija fuq il-vjaġġi tal-merkanzija biex jagħmlu tajjeb għall-aħħar żieda fid-diesel li daħħlet l-Enemalta fil-bidu ta’ April. Il-prezz tad-diesel għola b’ €0.077 (3c3) għal €1.020 (43c8) għal kull litru.
Għall-ewwel darba b’din iż-żieda d-diesel qed jinbiegħ mill-pompi ogħla mill-petrol bla ċomb.

 

Intervista
Il-kelma ta’ George

Julia Farrugia tintervista lil George Vella


Editorijal
Tolleranza zero


Il Punt
Għad it-teknoloġija toqtol il-Ktieb?
Sergio Grech


Toni u Peppi
Il-bullying fuq l-għalliema



Emmanuel Micallef
Riforma soċjali


Carmelo Mifsud Bonnici

Staġun politiku ġdid



X'kien Jgħid
Konkors ta’ sbuħija



Wenzu Mintoff

Qamar il-għasel
Fix-xhur u l-ġimgħat ta’ qabel l-elezzjoni ġenerali għaddejna litteralment minn blitz medjatiku, bumbardament kontinwu ta’ politikanti li għamlu tabirruħhom li xtaqu sinċerament jikkomunikaw mal-poplu b’kull mezz possibbli, speċjalment dawk li għalihom kollox hu possibbli.


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan