MediaToday

Aħbarijiet | 20 ta’ April 2008 Nr 77

“M’għandna nagħtu xejn għal xejn”

Kurt Sansone
Michael Falzon qed jinsisti li l-Oppożizzjoni għandha tidħol fi ftehim ta’ pairing mal-Gvern fil-Parlament imma b’numru ta’ kundizzjonijiet.
Fost il-kundizzjonijiet Falzon qed jinsisti li jsiru riformi fix-xandir pubbliku u li titwettaq ġustizzja ma’ dawk li rebħu l-każ tagħhom quddiem l-Ombudsman u t-Tribunal għall-Investigazzjoni ta’ l-Inġustizzji.
Fl-artiklu tiegħu ta’ llum bħala parti mis-serje ta’ din il-gazzetta ‘Il-kandidati jitkellmu’, Falzon jinsisti li l-Partit Laburista “m’għandu jagħti xejn għal xejn.”

Fuq il-pairing id-Deputat Mexxej jgħid li l-MLP m’għandux iżomm il-ftehim tal-pairing sempliċiment biex ifixkel il-ħidma tal-Gvern.
“Nemmen fil-politika ta’ l-irġulija. Aħna nkunu rġiel imma l-gvern irid ukoll jimxi b’irġulija u jagħmel ir-riformi meħtieġa biex jiżgura tħaddim aħjar tad-demokrazija, fosthom fix-xandir pubbliku, fil-ħidma parlamentari nnifisha u fil-ħidma taċ-ċivil, billi fost oħrajn naħdmu flimkien fuq Whistleblower’s Act, jagħti dak li hu tagħhom lil dawk li rebħu każi quddiem l-Ombudsman u quddiem it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta’ l-Inġustizzji u baqgħu b’xejn,” itenni Falzon.
L-ewwel deċiżjoni tal-Gvern li se tkun tinħtieġ konsultazzjoni ma’ l-Oppożizzjoni hi l-ħatra ta’ Speaker li trid issir sa meta jiftaħ il-Parlament fl-10 ta’ Mejju.

Intervista
Il-kelma ta’ George

Julia Farrugia tintervista lil George Vella


Editorijal
Tolleranza zero


Il Punt
Għad it-teknoloġija toqtol il-Ktieb?
Sergio Grech


Toni u Peppi
Il-bullying fuq l-għalliema



Emmanuel Micallef
Riforma soċjali


Carmelo Mifsud Bonnici

Staġun politiku ġdid



X'kien Jgħid
Konkors ta’ sbuħija



Wenzu Mintoff

Qamar il-għasel
Fix-xhur u l-ġimgħat ta’ qabel l-elezzjoni ġenerali għaddejna litteralment minn blitz medjatiku, bumbardament kontinwu ta’ politikanti li għamlu tabirruħhom li xtaqu sinċerament jikkomunikaw mal-poplu b’kull mezz possibbli, speċjalment dawk li għalihom kollox hu possibbli.


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan