Aħbarijiet | 20 ta’ April 2008 Nr 77
Julia Farrugia
Ma kien hemm l-ebda U-turn fil-politika tal-Partit Laburista dwar is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropa lura fl-1997 skond l-eks Deputat Mexxej George Vella.
Ma kien hemm l-ebda laqgħa la fl-eżekuttiv, la fil-Kabinett, la f’livell ta’ leadership u lanqas fl-amministrazzjoni jew fil-Grupp Parlamentari Laburista ta’ dak iż-żmien li ddiskutiet jew ippjanat biex l-applikazzjoni ta’ Malta għal sħubija titneħħa mill-friża.
Bħal llum ġimgħa l-gazzetta The Sunday Times ikkwotat lill-eks deputat mexxej l-ieħor George Abela jgħid li fl-1997 il-Partit Laburista kien qed jipprepara bidla fil-politika, fost l-oħrajn bi pjani biex l-applikazzjoni ta’ Malta titneħħa mill-friża.
Iżda f’intervista ma’ Illum, it-tabib George Vella li f’dak iż-żmien, flimkien ma’ Abela, kien Deputat Mexxej, giddeb dan kollu u ddeskriva d-dikjarazzjoni bħala “gidba” u “allegazzjoni serja”.
“Jien dak iż-żmien bħala Deputat Mexxej tal-MLP u bħala persuna responsabbli mill-Affarijiet Barranin tal-pajjiż niddikjara li sakemm jien infurmat, u sakemm damet dik il-leġislatura ma kien hemm l-ebda diskussjonijiet interni, la f’livell ta’ Kabinett, la f’livell ta’ leadership, jew amministrazzjoni u eżekuttiv jew fil-grupp Parlamentari biex l-applikazzjoni ta’ Malta titneħħa mill-friża,” jgħid Vella.
Hu jikkonferma li wara r-referendum tat-8 ta’ Marzu 2003 u anke ftit biss qabel l-elezzjoni ġenerali, kien hemm min għamel proposti imma “l-ebda proposta oħra ma ġabet l-appoġġ unanimu biex issir bidla fil-politika Laburista.”
“Dan stat ta’ fatt u hemm il-minuti li jikkonfermaw dan kollu,” saħaq Vella.
|
|

Julia Farrugia tintervista lil George Vella
Editorijal

Il Punt
Sergio Grech

Toni u Peppi

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|