MediaToday

Aħbarijiet | 20 ta’ April 2008 Nr 77

Anzjana tmut mgħarrqa f’bir

Jessie Camilleri, anzjana ta’ 65 sena nstabet mejta mgħarrqa fil-bir tad-dar tagħha fi Triq is-Sajjieda fiż-Żurrieq ilbieraħ.
F’għajnejn l-investigaturi, f’dan l-istadju, dan il-każ qed jitqies bħala diżgrazzja bil-possibbiltà ewlenija hi li l-anzjana telgħet fuq il-ħorża tal-bir biex tkun tista’ tnaddaf tieqa u waqgħet għal isfel meta ċediet l-għata tal-injam fuq il-bokka tal-ħorża.
F’ħidma li ħadet numru ta’ sigħat kellu jitbattal il-bir b’fond ta’ madwar sular u nofs ilma.
Ma nstabu l-ebda sinjali ta’ vjolenza fuq il-mara u qed ikunu eliminati l-ħsibijiet li dan seta’ kien delitt motivat minn serq.
It-teorija tad-diżgrazzja se tkun konfermata b’ċertezza għada meta l-esperti jmexxu l-awtopsja fuq il-katavru tal-vittma.
Kien it-tifel ta’ l-anzjana li nduna b’din id-diżgrazzja hekk kif mar sad-dar t’ommu biex jaraha.
Sorsi qrib l-investigazzjoni sostnew ma’ Illum li qed jikkalkulaw li l-mara setgħet kienet ilha mejta fil-bir għal madwar 16-il siegħa.
L-istħarriġ tal-Pulizija qed jitmexxa mill-Ispettur Carlos Cordina. Inkjesta ordnata mill-Qorti ħatret numru ta’ esperti biex jgħinu fl-investigazzjoni fosthom lill-espert mediku forensiku t-tabib Mario Scerri.

Intervista
Il-kelma ta’ George

Julia Farrugia tintervista lil George Vella


Editorijal
Tolleranza zero


Il Punt
Għad it-teknoloġija toqtol il-Ktieb?
Sergio Grech


Toni u Peppi
Il-bullying fuq l-għalliema



Emmanuel Micallef
Riforma soċjali


Carmelo Mifsud Bonnici

Staġun politiku ġdid



X'kien Jgħid
Konkors ta’ sbuħija



Wenzu Mintoff

Qamar il-għasel
Fix-xhur u l-ġimgħat ta’ qabel l-elezzjoni ġenerali għaddejna litteralment minn blitz medjatiku, bumbardament kontinwu ta’ politikanti li għamlu tabirruħhom li xtaqu sinċerament jikkomunikaw mal-poplu b’kull mezz possibbli, speċjalment dawk li għalihom kollox hu possibbli.


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan